Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1627
Date Icon 06/09/2010
Il-pazjenti qedjintlaqtu intortament minn azzjoni ta’ l-MUMN. Il-pazjenti huma vittmi ta’ azzjoni li qed tissejjaħ b’mod kapriċċuż. Il-pazjenti ma għandhom qatt jiddaħħlu f’azzjonijiet li jsiru għal xejn b’xejn.
L-MUMN qed tgħid lisejħet l-azzjonijiet minħabba l-ammont ta’ studenti li daħlu jistudjaw in-nursing fl-Universita’.
L-Universita’ ta’Malta, fi stqarrija fuq l-istess issue (fis-26 ta’ Lulju 2010) diġa kienet iddikjarat li se jidħlu 165 studenti fil-kors ta’ l-infermiera, li jfisser li b’kollox bħalissa hemm total ta’ 342 studenti f’korsijiet differenti ta’ l-infermiera. Fil-fatt, għal darb’oħra din is-sena, l-Università se jidħlu l-akbar numru possibbli ta’ studenti li jippermettulha tipprovdi korsijiet ta’ kwalita’ għolja. L-għadd ta’ 165 student huwa l-akbar numru ta’ studenti li jistgħu jiġu akkomodati skont ir-riżorsi u l-għadd ta’ pazjenti fl-isptarijiet Maltin.
Il-Gvern qed jieħuinizjattivi oħra b’mod immedjat biex fid-diviżjoni tas-saħħa jiġu impjegati aktar infermiera:  Permezz ta’ sejħa miftuħa sal-2011 biex jiġu ngaġġati aktar infermiera kwalifikati li jibdew jaħdmu fl-isptarijiet b’mod immedjat.  Ħarġet tender oħra biex aġenzija tar-reklutaġġ, tirrekluta 250 infermier kwalifikati biex jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa f’Malta.
L-MUMN qed tkuninkonsistenti f’dak li tgħid. F’Mejju 2009, l-MUMN stess inkuraġġiet lill-Gvern biex jimpjega infermiera barranin sa kemm jittħarrġu infermiera ġodda u fi stqarrija fl-okkażjoni ta’ Jum l-Infermiera kienet saħqet li din hija “iċ-ċavetta” għas-soluzzjoni u li “l-Gvern għandu jagħtiha priorita”. Iżda issa qed tkompli tnaffar lill-infermiera barranin u tnibbet id-dubji fl-imħuħ għad-detriment tal-pazjenti kollha.
Il-Ministerutas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita jikkundanna l-azzjonijiet ta’-MUMN fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-Isptarijiet li bihom qed ibatu l-pazjenti u li juru li l-MUMN qed tieħu azzjonijiet biex tfixkel is-servizz provdut.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow