IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT IŻUR L-ATTIVITA’ U XOGĦOL LI SAR FIL-CAMPSITE T’GĦAJN TUFFIEĦA BL-GĦAJNUNA TAL-GVERN
pr1617
04/09/2010
| L-Onor | Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu żar il-campsite tal-iscouts f’Għajn Tuffieħa fejn preżenti waqt din iż-żjara kien hemm diversi gruppi ta’ Scouts jikkampjaw f’dan il-post. |
| Is-Segretarju | Parlamentari ltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ preżenti u faħħar il-ħidma ta’ din l-għaqda. F’diskors qasir li għamel l-Onor. Puli sostna li l-grupp tal-iscouts jilqa’ fi ħdanu mijjiet ta’ tfal Maltin u Għawdxin u l-għan ta’ għaqda bħal din hija li tagħġen lil dawn it-tfal u żgħażagħ fis-soċjeta’ tagħna billi ssaħħaħ il-valuri eżistenti tas-socjeta’ b’tali mod li għada pit għada jitilgħu ċittadini eżemplari. |
| Hu żied | li l-Gvern jappoġġja bis-sħiħ din il-filosofija u l-għan nobbli li għalih ġew imwaqqfa l-iscouts u għalhekk bil-fatti jagħmel ħiltu biex jgħin lil din l-assoċjazzjoni, kemm billi jagħti l-artijiet tiegħu għall-użu tal-iscouts, kif ukoll billi jikri proprjetajiet b’kirja ssussidjata. |
L-Onor. Puli fakkar kif permezz t’għajnuna li ngħatat mill-Gvern, l-iscouts setgħu jagħmlu proġett t’high ropes f’Għajn Tuffieħa, biswit il-camp site. Hu qal li dan il-progett jinsab fi stadju avvanzat ta’ tlestija u ma jdumx ma jibda jilqa’ fih gruppi ta’ żgħażagħ li mhux biss ikunu jridu jagħmlu attivita’ fiżika iżda għall-team building exercise.
L-Onor Puli spjega kif dan il-progett jkompli jżid mal-lista ta’ servizzi offruti mill-iscouts għall-pubbliku inġenerali li ma jservux biss għal skop ta’ divertiment iżda jintużaw wkoll għal skop ċiviku.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990