“HONOURS LIST COLLECTIVE EXHIBITION” - WIRJA OĦRA F’PALAZZ SAN ANTON
pr1616
04/09/2010
| Tnax-il artist u artista | bħalissa qed jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fis-swali ta’ esibizzjoni f’San Anton, f’wirja li qed titttella bil-kolaborazzjoni tas-Soċjeta’ Maltija tal-Arti Manifattura u Kummerċ. Dawn l-artisti kienu r-rebbieħa tal-kompetizzjoni u esibizzjoni nazzjonali tal-arti organizzata kull sena mis-Soċjeta`, kif ukoll rebbieħa tas-Silver Palette Arts Competition li s-Soċjeta` ttella kull sentejn. |
| Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru | l-President George Abela, flimkien mas-Sinjura Abela, awgura din il-wirja bit-titlu “Honours list Collective Exhibition”. Preżenti kien hemm ukoll is-Sur Joe Mifsud, il-President tas-Soċjeta’ li rringrazzja lill- President Abela tal-opportunita’ li ta lil dawn l-artisti sabiex jesibixxu x-xogħol tagħhom. |
| Il-President George | Abela, filwaqt li faħħar il-ħidma tas-Soċjeta` Maltija tal-Arti Manifattura u Kummerċ, wera l-apprezzament tiegħu għall-impenn li għandha s-Soċjeta` sabiex tippromwovi l-arti, b’mod speċjali għat-tagħlim tal-arti li ilha twassal lil ħafna studenti għal ħafna snin. Il-President Abela irringrazzja ukoll lill-artisti li għoġobhom jipparteċipaw f’din l-esibizzjoni ta’ llum bi skop mill-iktar nobbli, dak li jinġabru iktar fondi għall-Malta Community Chest Fund. Filfatt 25% tal-qliegħ imur għall-Fond sabiex tkun tista’ tilqa’ it-talbiet ta’ dawk kollha li jirrikorru għall-għajnuna tagħha. |
| L-artisti li qed | jipparteċipaw f’din l-esibizzjoni huma Carmen Pizzuto, Anna Galea, Ivan Fenech, Zell Osborne, Aleksander Sasha Matic, Jude Zammit, George Farrugia, Winston Hassall, Charles Bonnici, George Muscat, Antoine Paul Camilleri u Sean Camilleri. Nathan Portelli ma’ setax jipparteċipa peress li jinsab jistudja barra minn Malta. Ix-xogħlijiet jinkludu, pittura, diversi skulturi u ‘mixed media’. |
| L-esibizzjoni tkun | miftuħa kuljum mid-09.00 ta’ filgħodu sa x’ħin jagħalq il-ġnien pubbliku ta’ San Anton u tiġi fi tmiemha nhar is-26 ta’ Settembru. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990