MALTA U L-ĠERMANJA JWIEGĦDU IKTAR TISĦIĦ TAL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA U POLITIKA BILATERALI
“Iż-żjara tal-Viċi Kanċillier u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Guido Westerwelle f’Malta hija prova ħajja ta’ kemm ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkunsidra lil Malta bħala wieħed mis-sħab importanti tagħha fil-koperazzjoni ekonomika u politika.”
Waqt konferenza tal-Aħbarijiet li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg enfasizza r-relazzjonijiet eċċellenti li hemm bejn Malta u l-Ġermanja. Hu qal li l-Ġermanja appoġġjat lill-Malta fuq għadd ta’ temi politiċi importanti fl-aħħar snin. Iktar minn hekk, ta’ min isemmi l-fiduċja li l-investituri Ġermaniżi għandhom f’Malta. Madwar 50 kumpanija tal-manifattura Ġermaniża joperaw f’Malta, u jimpjegaw madwar 2,300 persuna.
Din il-kollaborazzjoni kompliet tiżdied fl-aħħar ħames snin, li matulhom 14-il kumpanija Ġermaniża waqqfu ħidmiet ġodda f’Malta. Iktar minn hekk, 17-il kumpanija Ġermaniża diġà preżenti f’Malta, permezz ta’ inċentivi offruti mill-Malta Enterprise kabbru l-operat tagħhom f’Malta. Huwa sinjifikanti għal Malta li ismijiet magħrufa, fosthom il-Playmobil, il-Lufthansa Tecknik u d-Deutsche Bank, mhux biss għażlu li jinvestu f’Malta, iżda wkoll iddeċidew li jespandu l-operat tagħhom, minkejja l-kriżi internazzjonali.
Il-rwol tal-Ġermanja bħala pajjiż sieħeb fil-kummerċ huwa kkonfermat ukoll mill-għadd ta’ inizjattivi u avvenimenti li jsiru regolarment mill-Malta Enterprise sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ stati. L-Intrapriżi Maltin qegħdin isaħħu l-preżenza tagħhom f’għadd ta’ fieri fil-Ġermanja, bħal CEBIT f’Hanover, u dawn l-avvenimenti qed ikunu utilizzati bħala opportunitajiet importanti. Malta Enterprise flimkien mal-Konsli Onorarji fil-Ġermanja, jorganizzaw regolarment workshops kummerċjali, li bis-saħħa tagħhom, iressqu iktar fil-viċin l-intrapriżi u l-Kamra tal-Kummerċ tal-lokal (IHKs).
Waqt it-taħditiet uffiċjali, il-kultura u l-wirt ingħataw priorità. L-Ambaxxata Maltija f’Berlin torganizza numru ta’ attivitajiet li permezz tagħhom il-kultura Maltija titwassal iktar fil-Ġermanja. Hija ffaċilitat u inkoraġġiet il-parteċipazzjoni ta’ awturi Maltin u poeti fil-Fiera tal-Kotba f’Leipzig; kif ukoll organizzat numru ieħor ta’ esebizzjonijiet artistiċi.
Fejn tidħol l-edukazzjoni u n-niċċa turistika tal-iskambji ta’ studenti, il-Ministru Tonio Borg qal li din hija opportunita’ importanti ħafna għal Malta. Permezz ta’ koperazzjoni bilaterali, numru sostanzjali ta’ studenti Maltin qed jibbenefikaw minn scholarships u opportunitajiet ta’ skambji li qed jiġu offruti, li jmorru lil hinn mit-tagħlim tal-lingwa u jidħlu f’oqsma oħrajn fosthom ix-xjenza, li fiha l-Ġermanja hija fuq quddiem. Il-Viċi Prim Ministru semma wkoll il-proġetti konġunti li twaqqfu dan l-aħħar bejn l-MCAST u l-Fraunhofer-Geselleschaft, wieħed mill-ikbar u wieħed mill-iktar grupp ta’ istituzzjonijiet innovattiv xjentifikament fid-dinja, kif ukoll il-Max-Born College li jinsab f’Recklinghausen, li ħoloq żewġ programmi konġunti ta’ taħriġ vokazzjonali.
Il-Viċi Prim Ministru rringrazzja lill-Ġermanja fl-appoġġ tagħha lill-Malta fil-ħidma ta’ pajjiżna fl-influss tar-refuġjati fl-aħħar snin. Il-Ġermanja rrikonoxxiet il-piż sproporzjonat li qed terfa’ Malta. Għal dan il-għan, 31 refuġjat ħallew Malta biex ifittxu futur fil-Ġermanja, u din is-sena l-Ġermanja ddeċidiet li tipparteċipa fil-Proġett Pilota tal-Unjoni Ewropea għar-Rilokazzjoni tar-Refuġjati u se tkun qed tieħu 100 refuġjat minn Malta.
Comparative Economic Indicators:
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Malta | Germany | |
Unemployment Rate – June 2010 (%) | 6.5 | 7.0 |
Number of merchant marine vessels listed with the Malta Maritime Authority: 91
Number of German companies investing in Malta: 50
Number of firms registered with MFSA with German shareholding: 740
Number of outgoing tourists to Germany January – June 2010: 6,538
Number of outgoing tourists to Germany January – June 2009: 5,820Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990