STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1602
02/09/2010
B’reazjoni għall-istqarrija tal-Onor Leo Brincat.
| L-Onor Brincat flok jammetti li | żbalja bil-kbir meta fl-istqarrija tiegħu saħaq li “l-Kumitat tal-Klima abbanduna d-deċiżjoni dwar l-użu tal-Gass naturali għal Power Station” qiegħed jipprova jdawwar id-diskors. |
| Leo Brincat qiegħed iwieġeb għal | stqarrija li fiha l-Ministeru wera kif id-Deputat ta’ l-Opożizzjoni żbalja meta qal li r-referenza dwar il-gass naturali tneħħiet mill-istrateġija dwar il-bidla fil-klima. Li ġara kien li in-numru tar-rakkomandazzjoni fl-istrateġija finali huwa differenti minn dak fl-abbozz tal-istrateġija u allura Leo Brincat wasal għall-konkluzjoni li r-rakkomandazzjoni kienet tneħħiet. Dan ir-renumbering kien biżżejjed biex l-Onor Brincat jitfixkel u jiżbalja. Dan juri wkoll li l-Onor Brincat la qara r-rapport, u ma jitrattax is-suġett tal-bidla fil-klima bis-serjeta’. |
| L-istrateġija li ppubblika l-Gvern | kulħadd jaf min fassalha. Il-Gvern stieden ukoll lil Leo Brincat biex issirlu prezentazjoni u ssir diskussjoni miegħu ma’ min kien qiegħed jagħmel l-istrateġija. Leo Brincat dakinhar aċċetta. Leo Brincat beda jfaħħar ir-rapport, pero’ issa qiegħed jikkritika r-rapport, jagħmel attakki fuq nies li faħħar hu stess u qed jipprova jiskredita r-rapport anki billi jagħmel żbalji goffi. |
| L-Oppożizzjoni qalet li għandha | konsultenti li jfaslulha l-proposti. Madanakollu l-Oppożizzjoni la tippubblika l-proposti u lanqas qalet min huma l-konsulenti. L-Oppożizzjoni ma temminix fit-trasparenza. Din hi tipikament l-Oppożizzjoni tal-passat. Tkun negattiva f’kollox. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990