Left arrow Go Back

Roħs fil-prezzijiet ta’ aktar mediċini

pr1589
Date Icon 01/09/2010

B’effett immedjat il-konsumatur Malti qed igawdi minn prezz orħos fuq firxa usa’ ta’ mediċini. Dan hekk kif fil-ġimgħat li għaddew, is-Segretarjat responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta kompla bit-taħditiet mal-importaturi tal-mediċini bil-għan li jorħsu aktar mediċini. It-taħditiet wasslu biex l-importaturi jraħħsu l-prezzijiet ta’ 29 mediċina oħra. Dawn jingħaqdu mat-62 mediċina li kien tħabbar roħs  fuqhom fit-2 ta’ Lulju li għadda.  Il-lista mħabbra ta’ mediċini mraħħsa f’xahrejn tlaħħaq il-91.

Ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċini li qed jitħabbar illum, u li qed jidħol fis-seħħ b’mod immedjat fuq stokks ġodda mixtrija mill-ispiżeriji, jinvolvi roħs ta’ bejn 4 fil-mija u 39 fil-mija.

Seba’ mediċini roħsu bejn 4 fil-mija u 10 fil-mija. 17-il mediċina roħsu bejn 11 u 20 fil-mija; filwaqt li erba’ mediċini roħsu bejn 21 u 30 fil-mija. Mediċina li tintuża biex tbaxxi il-livell tal-kolesterol fid-demm raħset bi kważi 39 fil-mija.

Il-lista l-ġdida ta’ mediċini bi prezz imraħħas tinkludi numru sostanzjali ta’ mediċini li jintużaw ħafna. Il-mard u l-kundizzjonijiet li jfejqu jinkludu mard tal-qalb, pressjoni għolja, kolesterol għoli, ulċeri u aċidu fl-istonku, infjammazzjoni tal-ġilda fi psoriasis, uġiegħ u infjammazzjonijiet varji. Mediċini oħra li roħsu jinkludu antibijotiċi u oħrajn li jittieħdu minn min ibati b’aċċessjonijiet.

Fost l-oħrajn il-pilloli Tenoretic (28 film-coated tablets X 100mg + 25 mg), li jittieħdu minn individwi bi pressjoni għolja, roħsu €4.77 ewro jew 30 fil-mija. Il-Losec Mups (28 film coated gastro-resistant  tablets X 20 mg), li jintużaw minn individwi li jbatu bl-ulċeri jew l-aċidu fl-istonku, roħsu bi €11.60 jew 19.9 fil-mija. Il-Fucithalmic (eye-drops 5g), li jintuża kontra l-infezzjonijiet fl-għajnejn, roħos b’€1.32 jew 19.9 fil-mija.

Il-lista tal-mediċini li qed jorħsu b’effett immedjat hi din:

Mediċina

Doża

Il-prezz l-antik (€)

Il-prezz il-ġdid (€)

Roħs (€)

Għal x'hiex tintuża

Atacand

28 tablets x 16mg

34.86

31.00

-3.86

pressjoni għolja  

Cataflam®

20 coated tablets X 25mg

7.05

6.24

-0.81

uġiegħ u infjammazzjoni

Crestor

28 coated tablets X 10 mg

29.33

28.16

-1.17

ibaxxi l-kolesterol

Diprosalic scalp application

100ml Cutaneous solution X 2% + 0.05% w per w

24.25

21.46

-2.79

psoriasis fil-qurriegħa (ġilda tar-ras)

Elocon

30g Cream X 0.1% w per w

11.48

9.66

-1.82

infjammazzjoni tal-ġilda fi psoriasis

Elocon

30g Ointment x 0.1% w per w

11.48

9.66

-1.82

infjammazzjoni tal-ġilda fi psoriasis

Elocon

30ml Scalp Lotion X 0.1% + 30% w per w

11.48

9.66

-1.82

infjammazzjoni tal-ġilda fi psoriasis

Famvir

10 coated tablets X 125mg

45.11

37.45

-7.66

Antivirali

Fosrenol

90 chewable tablets X 750 mg

230.45

198.00

-32.45

jikkontrolla l-livelli tal-fosfat fid-demm f’pazjenti b’mard fil-kliewi

Fucithalmic

5g viscous eye drops solution X 10mg per g

6.64

5.32

-1.32

infezzjonijiet fl-għajnejn

Klacid® XL

 7 modified release coated tablets X 500 mg

16.21

14.63

-1.58

Antibijotiku

Lescol® XL

28 prolonged release tablets X 80mg

39.73

33.29

-6.44

ibaxxi l-kolesterol

Losec® MUPS®

28 film-coated gastro resistant tablets X 10mg 

32.12

25.70

-6.42

Kontra l-ulċeri u l-aċidu fl-istonku

Losec® MUPS®

28 film-coated gastro resistant tablets X 20mg

58.02

46.42

-11.60

Kontra l-ulċeri u aċidu fl-istonku

Simvacor

30 film coated tablets X 10 mg

17.54

10.71

-6.83

ibaxxi l-kolesterol

Subutex

7 sublingual tablets X 8mg

42.07

39.02

-3.05

sostitut li jinagħta lill-pazjenti li jieħdu id-drogi tat-tip opjojdi

Tegretol

50 tablets X 200mg

18.12

13.87

-4.25

Aċċessjonijiet

Tenoretic®

28 film coated tablets X 100mg + 25mg

15.89

11.12

-4.77

pressjoni għolja

Tenormin

28 film-coated tablets X 100mg

12.30

9.90

-2.40

pressjoni għolja

Voltaren®

5 Suppositories X 100mg

8.51

7.63

-0.88

uġiegħ u infjammazzjoni

Voltaren®

30 gastro-resistant tablets X   25mg

9.65

8.32

-1.33

Uġiegħ u infjammazzjoni

Voltaren®

10 suppositories X 12.5mg

6.76

6.24

-0.52

Uġiegħ u infjammazzjoni

Voltaren®

10 suppositories X 50mg

8.97

7.63

-1.34

Uġiegħ u infjammazzjoni

Voltaren®

5 X 3ml ampoules of 75mg

12.24

10.40

-1.84

Uġiegħ u infjammazzjoni

Voltaren® Retard 100

10 modified release tablet X 100mg

10.61

9.71

-0.90

uġiegħ u infjammazzjoni

Zestoretic 20

28 tablets X 20mg + 12.5mg

25.60

18.34

-7.26

pressjoni għolja

Zestril

28 tablets X 5mg

11.37

10.46

-0.91

pressjoni għolja jew mard tal-qalb

Zestril

28 tablets X 10mg

17.33

14.73

-2.60

pressjoni għolja jew mard tal-qalb

Zestril

28 tablets X 20mg

25.60

19.20

-6.40

pressjoni għolja jew mard tal-qalb

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said fisser dan l-iżvilupp bħala pass ieħor li għandu jwassal għall-għan aħħari li l-prezzijiet tal-mediċini f’pajjiżna jkunu jirriflettu l-valur ekonomiku tagħhom.

“Roħsu 91 mediċina fi spazju ta’ ftit ġimgħat. Konvint li bl-impenn u bir-rieda tajba ta’ kulħadd, inkluż tal-importaturi tal-mediċini, se naslu biex fil-ġimgħat li ġejjin inkomplu nraħħsu aktar mediċini”.

Ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċini qed iħalli saħansitra effett fuq l-indiċi tal-prezzijiet. Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru kif matul Lulju li għadda, wara li tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ numru ta’ mediċini, kien reġistrat tnaqqis fl-Indiċi tal-Prodotti Personali u għall-Kura tas-Saħħa.

Sadanittant, mindu kienet pubblikata l-ewwel lista ta’ mediċini li roħsu, f’xahar id-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni wettaq aktar minn 315-il spezzjoni fi spiżeriji. L-ispezzjonijiet se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin bil-għan li jkun assigurat li l-ispizeriji qed iraħħsu l-prezz fuq stocks ġodda kif indikat lilhom.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-medicini wieħed jista jċempel fuq in-numru  21446446, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u t-8.00pm jew inkella permezz ta’ l-email medicines@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow