Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità

pr1585
Date Icon 31/08/2010

Ir-rata ta’ mwiet f’Malta mill-KanĊer hi anqas mill-medja Ewropea

Minn statistika pubblika dwar ir-ratatal-imwiet bil-kanċer f’pajjiżna kif imqabbla mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li r-rata tal-imwiet f’Malta hi anqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.  Din l-istatistika ġiet ippubblikata nhar il-Ġimgħa 27 t’Awwissu 2010, mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ ppublika fuq is-sit elettroniku ta’ l-istess Ministeru.
Ghalhekk mhux veru dak li ntqalf’sezzjonijiet tal-media, li dan kien dokument mistur.  Dokument li jkun online la jista’ jkun mistur u lanqas xi ħadd jista’ jgħid li qed jikxef xi sigriet. Din l-istatistika ġiet ippublikata għaliex il-Gvern dejjem emmen fit-trasparenza.  Il-Ministeru juri d-dispjaċir tiegħu li, wara li ppubblika l-istatistika dwar il-kanċer, min ikkumenta dwarha jidher li aktar kien motivat minn interessi partiġġjani u li jinħoloq allarm milli mill-fatti u l-verita’.
Minkejja li jafu l-Orizzont, One Newsu l-Kandidat Laburista Dr Etienne Grech ma qalux li ż-żieda ta’ każi tal-kanċer ġodda f’Malta hija bħal dik ta’ pajjiżi oħrajn żviluppati.   Lanqas ma qalu li din ix-xejra ta’ żieda fl-inċidenza ma tirriflettix żieda fl-imwiet b’din il-marda.
Il-politika tal-Gvern li jsaħħaħ is-servizzital-Kura tal-Kanċer permezz tal-Breast Screening, mediċini ġodda u servizzi ġodda oħra qed iħallu l-frott mixtieq.  Fil-fatt, ir-rata tal-imwiet mill-kanċer mhix tiżdied bħar-rata tal-mard tal-kanċer imma saħansitra nieżla bil-mod, speċjalment f’ċerti tipi partikolari ta’ kanċer.
It-tabelli li ġejjin juru r-rati ta’l-inċidenza u tal-imwiet bil-marda tal-kanċer.  Dawn ir-rati kienu standardizzati skond metodoloġija stabbilita internazzjonalment biex tneħħi d-differenzi li jistgħu jeżistu fl-eta’ tal-popolazzjoni f’pajjiżi differenti.  Minħabba li pajjiżi oħra qegħdin aktar lura fl-istatistika tagħhom, l-istatistika li wieħed jista’ jqabbel lil Malta magħha tasal biss sas-sena 2006.

Figura 1:  Inċidenza (xellug) umortalita’ (lemin) ta’ kanċer f’Malta, mqabbla ma’ dik Ingliża u ta’ l-UE
It-tabelli 2 u 3 juru x-xejriet ta’tipi speċifiċi ta’ kanċer kif irrapurtati fid-database ‘Health for All’ ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.  Is-sinjali sħaħ jindikaw ir-rati ta’ inċidenza filwaqt li dawk maqtugħin jindikaw ir-rati ta’ mwiet.  Minn dawn it-tabelli jista’ jiġi nnutat li ż-żieda fl-inċidenza mhux necessarjament hija riflessa fir-rata ta’ l-imwiet.  Xi tipi ta’ kanċer speċifiċi raw avvanzi akbar fit-trattament f’dawn l-aħħar snin u dan huwa rifless tajjeb per eżempju fid-differenza bejn l-inċidenza u l-imwiet bil-kanċer tas-sider.

Figura 2: Varjazzjoni ta’ tliet tipi ta’ kanċer f’dawn l-aħħar tmien snin f’Malta.

Figura 3: Varjazzjoni ta’ l-istess 3tipi ta’ kanċer fir-Renju Unit.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ssemmit-tipjip u l-istil ta’ ħajja fil-pajjiżi tal-Punent bħala l-akbar raġunijiet għaż-żieda fl-inċidenza tal-kancer.  L-istess Organizzazzjoni tqis li l-kontrol ta’ dawn iż-żewġ fatturi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ screening għal aktar forom ta’ kanċer huma l-aħjar mezz biex l-inċidenza tal-kanċer tonqos.  Fil-fatt, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’  nieda strateġija f’April ta’ din is-sena biex tindirizza t-tipjip u problemi fl-istil ta’ ħajja tal-Maltin li jistgħu jwasslu għall-marda tal-kanċer. Il-Ministeru qiegħed ukoll jaħdem fuq strateġija dwar il-kanċer li tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta’ programmi ġodda ta’ screening għal tipi oħra ta’ kanċer.  Din il-ġimgħa wkoll beda l-bini ta’ Ċentru ġdid tal-Onkoloġija b’investiment €59 miljun li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.  Dan iċ-Ċentru se joffri aktar servizzi u ambjent aħjar mill-llum.  L-ammont ta’ sodod se jiżdiedu minn 27 (li hemm bħalissa fl-Isptar Boffa) għal 74.  Sadanittant minn għada l-Erbgħa 1 ta’ Settembru se jibda l-bini tal-bunker għall-Linear Accelerator ġdid fl-Isptar Boffa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow