Left arrow Go Back

L-Ambaxxata Maltija f'Moska strumentali biex il-konferenza li gabet 5,000 delegat f'Malta tkun success

pr1583
Date Icon 31/08/2010
L-Ambaxxata Maltija f’Moska, permezz tal-AmbaxxaturCharles Inguanez kienet strumentali sabiex delegazzjoni ta’ 5,000 persuna jiġu Malta u jwettqu din il-konferenza b’suċċess. L-Ambaxxata fost l-oħrajn għenet fil-bini ta’ kuntatti bejn id-delegati u pajjiżna. Kienet ukoll kruċjali fil-proċess ta’ ħruġ ta’ dokumenti u viżas neċessarji biex numru sostanzjali ta’ delegati jiġu Malta.
Dinil-konferenza ta’ 5,000 delegat qed tiġi organizzata minn Oriflame, li hija kumpanija internazzjonali Svediża tal-kosmetiċi. Din qed tiġi organizzata bejn s-27 ta’ Awissu u s-6 ta’ Settembru. Numru mpressjonanti ta’ nies mill-Ewropa tal-Lvant fosthom mir-Russja u mill-Ukraina qed jipparteċipaw fiha, u dawn huma maħsuba li jammontaw għall-3,000 persuna.
Din il-ħidma biex jiġi iffaċilitat l-investiment usabiex Malta tkun iktar fiċ-ċentru ta’ delegazzjonjiet kummerċjali simili, hija parti minn ħidma iktar wiesgħa tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Ministeru jaħdem mill-qrib mal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u l-Malta Enterprise. Ta’ min isemmi li l-Ministeru fl-aħħar sentejn u nofs organizzata 5 delegazzjonijiet kummerċjali, bis-sitt waħda se tkun organizzata fir-Rumanija f’Ottubru li ġej.  Fix-xhur li għaddew, delegazzjonijiet kummerċjali zaru l-Portugal, l-Ukrajna, il-Polonja, il-Qatar  u fl-ewwel xhur ta’ din is-sena, l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg akkumpanja wkoll lill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi fuq żjara fl-Emirati Għarab Magħquda, Bahrain, Kuwait u Qatar.
Intant,il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa kommess sabiex ikompli jgħin lis-settur kummerċjali biex itejjeb il-kuntatti u l-ħidma tiegħu barra minn Malta. F’din il-leġislatura, l-Gvern Malti iffirma, irratifika jew daħħal fis-seħħ 23 ftehim sabiex jiffaċilità l-investiment dirett barrani f’Malta. Dawn il-ftehim jikkonsistu fi 18-il wieħed dwar Ħelsien ta’ Taxxa Doppja, tlett ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tal-Investiment u żewġ ftehim dwar it-tneħħija tal-Viża. Dawn il-ftehim huma parti minn total ta’ 99 arranġament ma’ diversi pajjiżi.
Il-Ftehim ta’ Tassazzjoni Doppja ġew iffirmatimal-Bahrain, mal-Belgium, il-Georgia, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Isle of Man, l-Italja, Jersey, Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro, il-Qatar, San Marino, is-Serbja, Singapore, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti.  Il-Ftehim dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tal-Investiment ġew iffirmati maċ-Ċina, il-Montenegro u s-Serbja; filwaqt li t-tneħħija tal-Viża ġew iffirmati mal-Qatar u l-Istati Uniti.
Dan fostl-oħrajn qed jgħin biex jinkisbu rekord ta' kuntatti b’interessi kummerċjali u ta’ investiment li l-Ambaxxati Maltin irċevew u segwew flimkien mal-Malta Enterprise fl-ewwel 8 xhur tas-sena fejn dawn ammontaw għall-ftit inqas minn 1000 kuntatt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow