Left arrow Go Back

1582 Press Releases Kors ta’ Care Assistant fil-qasam tas-Saħħa Mentali

pr1582
Date Icon 31/08/2010

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` flimkien mal-Isptar Monte Karmeli qiegħed jistieden lil min hu interessat sabiex japplika għall-kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal ċertifikat ta’ Care Assistant fil-qasam tas-Saħħa Mentali.

Dan il-Kors ta’ erba’ xhur fulltime se jibda fil-11 ta’ Ottubru 2010. It-taħriġ teoretiku u prattiku jsir mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
L-applikazzjonijiet iridu jaslu  personalmentminn nhar it-Tnejn, 6 ta’ Settembru 2010 sal-Ħamis, 16 ta’ Settembru 2010 bejn id-9.00 a.m. u l-12.00 p.m. fis-sezzjoni tal-Accounts, Sptar Monte Karmeli, Ħ’Attard.
L-applikazzjonijietjistgħu jinġabru minn Nurse Education Unit fl-Isptar Monte Karmeli.
Importanti li ma’ kull applikazzjoni wieħed jinkludiKondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Irid isir ukoll pagament ta’ €75 li jingħata lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors.  Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel fuq: 2330 4246 / 2330 4247 / 2330 4248.
Danhuwa l-ewwel kors ta’ din ix-xorta, u qiegħed isir sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali f’pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow