Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U GHALL-AFFARIJIET RURALI

pr1581
Date Icon 30/08/2010
Inbidel in-numru tar-rakkomandazzjoniu Leo Brincat ikkonkluda li tnehhiet.
Fl-istqarrija tiegħu, l-Onor LeoBrincat qed jiżbalja meta jgħid li kien hemm tibdil mill-abbozz tal-istrateġija għal bidla fil-klima għal-istrateġija finali dwar l-użu tal-gass.  Il-Kumitat għal bidla fil-klima twaqqaf sabiex jipproponi miżuri sabiex jitnaqqsu l-green house gases f’pajjiżna. Il-kumitat kemm fl-abbozz u kemm fl-istrategija finali għamilha ċara li dawn il-mizuri għandhom jiġu mplimentati mill-Gvern biss jekk l-implemtazzjoni tagħhom twasssal sabiex jinkiseb l-akbar ammont ta’ riduzjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull ewro investit.
Jidher li Leo Brincat zbalja u qal lifl-istrategija finali r-referenza għall-gass tneħħiet għaliex inbidel in-numru tar-rakkomonadazzjoni.  Filwaqt li fl-abbozz tal-istrateġija ir-rakkomandazzjoni kienet numru 21; fl-istrategija finali din kienet numru 35.
Dan juri b’mod mill-aktar ċar kifl-Onor Brincat qed jiżbalja u mhux minnu li tneħħiet il-proposta li jintuża l-gass naturali. Id-dokument juri wkoll li l-akbar ammont tal-emmisjonijiet tal-gassijiet serra li jridu jitnaqqsu sabiex jintlaħqu l-miri li l-istess kumitat fassal għal pajjiżna, jintlaħqu effetivament anki jekk il-ġenerazzjoni tal-eletriku ma tkunx iġġenerata mill-gass. Dan joħroġ ukoll mill-ewwel abbozz tal-istrateġija li kien diskuss ukoll fil-parlament.
Dan il-kumitat fassal 96 proposta lil-Gvern jista’ jimplimenta sabiex jilħaq il-mira tat-tnaqqis tal-gassijiet serra. Fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika l-Opposizzjoni għażlet li tibqa’ siekta għal kollox, filwaqt li l-Onor Brincat flok parteċipazzjoni attiva u proposti konkreti waqt il-proċess għażel li jressaq mozzjoni fil-parlament ta’ 150 kelma mingħajr ebda suggeriment.  Suggett kumpless bhal dan tal-bidla fil-klima kien jimmerita ħafna aktar serjeta’ minn sempliċi mozzjoni ta’ 150 kelma.
Huwa għalhekk tal-iskantament kifillum wara żewġ dibattiti fil-parlament u wara li anki l-Onor Brincat personalment kien ingħata preżentazzjoni mill-kumitat, joħroġ b’din l-istqarija żbaljata intiża biex tfixkel u timisinterpreta l-pjan tal-Gvern sabiex il-familji Maltin u Għawdxin igawdu minn livell ta’ saħħa aħjar u arja aktar nadifa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow