Left arrow Go Back

ŻJARA FL-ISKOLA SEKONDARJA SUBIEN MOSTA (ŻOKRIJA)

pr1559
Date Icon 25/08/2010
L-iskolasekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Marija Reġina li nbniet fl-inħawi taż-Żokrija fil-Mosta se tilqa’ l-ewwel studenti tagħha f’Settembru li ġej, sentejn biss wara li beda l-bini tagħha.  L-iskola se titlesta b’investiment ta’ €9.5 miljun.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja,Dolores Cristina, dalgħodu stiednet uffiċjali tal-Malta Union of Teachers biex imorru magħha jaraw l-aħħar xogħlijiet fl-iskola. Huma kienu mdawwra mal-bini u kien spejgat lilhom il-faċilitajiet li se toffri l-iskola mis-Sur Ray Fenech u s-Sur Charles Farrugia, Chairman u General Manager rispettivament tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
Ix-xogħol tal-bini fuq din l-iskola beda f’Settembrutas-sena 2008 mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
Ix-xogħol tal-kostruzzjoni kważi lest kollu ubħalissa qed isir xogħol ta’ finishes biex b’hekk din l-iskola tkun tista’ tilqa’ l-ewwel studenti fiha fis-sena skolastika li jmiss lejn l-aħħar tax-xahar id-dieħel.
Dinl-iskola nbniet fuq medda art ta’madwar 14,000 metru kwadru u għandha ‘l fuq minn 80 kamra li jinkludu klassijiet, laboratorji tat-teknoloġija u xjenza, laboratorji għat-tagħlim tal-home economics, klassijiet għall-arti, d-drama u l-mużika, career guidance rooms u uffiċini għall-amministrazzjoni tal-iskola.
L-iskolase tkun mgħammra ukoll b’librerija kbira u sala tal-qari kif ukoll b’lift f’kull blokka biex b’hekk tkun aċċessibbli għal kulħadd. Ħadu ħsieb ukoll il-bżonnijiet tal-għalliema li se jkollhom kmamar kbar u arjużi u anke parkeġġ riservat għalihom taħt l-iskola.
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tagħtiattenzjoni partikolari għall-użu tal-enerġija alternattiva.  Għalhekk din l-iskola ukoll se tkun mgħammra b’photovoltaicpanels kif ukoll b’solar water heaters biex b’hekk tiġi utilizzata enerġija alternativa.
Kif sar fl-iskola ta’ Pembrokese tkun installata ukoll sistema ta’ Intelligent Lighting li hi ddisinjata biex tipprovdi l-aħjar livelli ta’ dawl skont l-użu tal-kmamar. Is-sistema, b’mod awtomatiku,  tikkalkula l-livell tad-dawl naturali u żżid jew tnaqqas id-dawl tat-tubi skont il-bżonn, permezz ta’ sensors apposta kkontrollati minn software speċjalizzat. Is-sistema tagħraf meta jidħlu jew joħorġu n-nies mill-kmamar u tixgħel jew titfi awtomatikamentskond il-preżenza tal-persuni fil-kmamar.
Majonqsux ukoll l-faċilitajiet sportivi li se jkunu attrezzati f’din l-iskola, fosthom grawnd tal-futbol 11-a-side b’turf sintetiku kif ukoll spazju ieħor b’synthetic surface fejn ikunu jistgħu jiġu pprattikati diversi tipi ta’ sports. Dan barra auditorium modern li jkun jista’ jilqa’ fih id-diversi attivitajiet li jsiru mhux biss mill-iskola partikolari imma anke fuq bażi ta’ kulleġġ u ta’ komunita’.
Metakellmet lill-ġurnalisti l-Ministru Dolores Cristina qalet li l-pjan tal-Gvern hu li tinbena skola ġdida kull sena sal-2020.  S’issa diġà nbnew skejjel sekondarji ġodda fil-Kulleġġ San Benedittu, San Injazju, Santa Margerita u skola primarja fil-Kulleġġ Santa Klara.  Din is-sena se jitlestew żewġ skejjel sekondarji oħra, din tal-Kulleġġ Maria Reġina u oħra fil-Kulleġġ Għawdex.
Aktartard din is-sena se jibda x-xogħol fuq skola sekondarja tal-bniet fil-Kulleġġ San Injazju.
Il-Ministru rringrazzjat lill-Fondazzjonigħall-Iskejjel ta’ Għada għax-xogħol siewi li jagħmlu, dejjem skond il-Baġit allokat u tlestija fiż-żmien miftiehem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow