Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1557
Date Icon 24/08/2010

B’reazzjoni għall-istqarija tal-Onor Leo Brincat.


Filwaqt li jitkellem fuq trasparenza, l-Onor Leo Brincat jidher li jrid inessi l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni li sa’ ftit ilu kienet tgħid li l-inċineratur propost huwa ‘kbir wisq’ għall-bżonnijiet tal-pajjiż.

Il-parir ħażin tal-Oppożizzjoni, li huwa wieħed minn sensiela, kien ibbażat fuq tbassir żbaljat tal-produzzjoni tal-annimali f’pajjiżna li baqa’ wieħed stabbli, minkejja l-biża’ li ppruvat tiżra’ l-Oppożizzjoni.  Il-fatti jikkonfermaw li t-tibdil u l-investiment li kien ippjana li jagħamel il-Gvern fit-2001 meta saret l-applikazzjoni ghal permess biex jinbena l-Incineratur permezz tal-finanzjament tal-protokol Taljan sabiex f’pajjiżna jkollna dan l-inċineratur kien wieħed għaqli;

  • Setgħet tingħalaq darba għal dejjem il-faċilita’ skaduta tal-Isptar San Luqa, dik fl-Isptar ta’ Għawdex u l-inċineratur temporanju li kien hemm fil-Biċċerija;
  • Ġew iffrankati l-flus għax ma kellhiex għalfejn issir faċilita’ ta’ inċinerazzjoni separata fl-Isptar Mater Dei ;
  • Qed jiġu ffrankati flus fl-operat għax l-enerġija li hemm fl-iskart li mhux ġej mill-Biċċerija qed tintuża biex titnaqqas l-ispiza ta’ diesel meħtieġ biex iżomm it-temperatura għolja.

Dan il-proċess huwa possibbli għaliex kien sar l-upgrading meħtieġ biex l-inċineratur seta’ jaċċetta diversi tipi ta’ skart mill-isptarijiet u l-industrija. Il-pajjiż, b’hekk, issalvagwardja l-kompetittivita’.

Minkejja numru ta’ kjarifiċi u dikjarazzjonijiet pubbliċi, l-Onor Brincat jinteressah biss li jkompli jħawwad l-imħuħ u jagħżel li jirrepeti argumenti bla bażi u li diġa ġew imwieġba. Il-problema mhux l-inċineratur iżda xi rwejjaħ li jipproduċi l-iskart meta l-impjant ikun wieqaf ghall-manutenzjoni.  Dan l-iskart tal-annimali, li jigi mill-biċċerjia viċin l-impjant, f’perijodu ta’ waqfien jiġi maħżun fil-cold stores temporanji li l-WasteServ qed tipprovdi sakemm jitwettaq żvilupp ta’ cold stores ohra permanenti. Kif diġa ntqal pubblikament bħalissa qed jigu preparti disinji biex jigu diskussi mal-MEPA dwar Master Plan ta’ żvilupp biex tikkonsolida il-proviżjoni għal cold storage.

L-Onor Brincat għażel li jinjora l-fatt ukoll li l-awditjar ta’ kif qed jitħaddem l-inċineratur jista’ jsir u jagħmlu hu stess mill-kumdita’ ta’ daru peress li r-riżultati tal-inċineratur jinsabu diretti fuq is-sit eletroniku tal-WasteServ filwaqt li twaħħlu wkoll monitors barra l-bini tal-inċineratur biex ikun hemm trasparenza sħiħa fl-operat tal-inċineratur. Ma qagħadniex nistennew lill-Onor Brincat jitkellem qabel ma l-Gvern ħa l-passi biex il-proċess ikun wieħed miftuħ u trasparenti l-ħin kollu.


Ta’ min wieħed ifakkar ukoll li l-WasteServ dejjem lesta biex tipprovdi kull informazzjoni kull meta l-inċineratur kellha ssirlu manutenzjoni regolari. Illum, l-emissjonijiet li qabel qatt ma kienu kontrollati, qed ikunu on-line u anke murija fuq monitor kbir li hemm fit-triq pubblika li hemm barra l-inċineratur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow