Left arrow Go Back

Il-Gvern se jsaħħaħ it-tagħlim tal-mużika fl-iskejjel   Mis-sena skolastika li jmiss it-tagħlim tal-Mużika tal-Iskola Johan Strauss se jinfirex ma’ Malta kollha billi l-programm li sal-lum kien jingħata f’post wieħed biss fil-belt Valletta issa se jmur ak

pr1554
Date Icon 24/08/2010
Illum, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjaniu Kura fil-Kommunita’ L-Onor. Joe Cassar nieda x-xogħlijiet ta’ l-ewwel fażi tal-bini taċ-Ċentru l-ġdid ta’ l-Onkoloiġija fi ħdan l-Isptar Mater Dei. Dan il-proġett, b’għajnuna sostanzjali mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (European Regional Development Fund - ERDF), huwa parti sostanzjali mill-ħidma kontinwa ta’ dan il-Gvern fis-settur tal-kura tal-kanċer.
Iċ-Ċentru ta’ l-Onkoloġija se jkollu4 sezzjonijiet prinċipali: Inpatient areas (74 sodda - żieda ta’ 47 fuq l-Isptar Boffa); Outpatient areas – b’Day Care Service aktar wiesgħa u aċċessibli ; Treatment areas u Plant and Hospital Support Services. Se jiżdiedu s-sodod u l-kura għat-tfal u ż-żgħażagħ. Se tiżdied ukoll dik li tissejjaħ Paliative Care, b’għajnuna psikoloġika, soċjali u spiritwali – essenzjali fil-kura tal-kanċer. Dan iċ-Ċentru se jħaddan policy favur l-ambjent bl-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi, bil-ġbir ta’ l-ilma tax-xita, t-trattament ta’ l-ilma wżat u b’sistema ta’ energy recovery fuq ventilazzjoni ta’ arja friska.
Metandirizza lill-ġurnalisti li żaru l-proġett dal-għodu, il-Ministru Cassar saħaq li, “It-trattament u l-kura tal-kanċer għandhom impatt qawwi ferm fuq is-soċjeta’ Maltija. Minnhom tiddependi l-kwalita’ tal-ħajja ta’ bosta pazjenti kif ukoll tal-familji tagħhom. Huwa għalhekk li bdejna naħdmu fuq infrastuttura xierqa għaż-żminijiet tal-lum fejn speċjalisti, tobba, infermiera u terapisti varji jistgħu jimirħu fl-aqwa teknoloġija sabiex ikunu ta’ servizz għall-morda f’dan is-settur tant delikat”.
Il-Ministruspjega li dan mhux sptar ġdid imma parti integrali mill-Isptar Mater Dei. “Naturalment l-ispeċjalisti u kull min jaħdem fl-Isptar Boffa eventwalment se jibda’ jaħdem f’dan iċ-ċentru. Nixtieq nagħmilha ċara li fl-ebda ħin m’hu se jkun hemm waqfien ta’ servizz lill-pazjenti mill-Isptar Boffa. Tant hu hekk li se nkomplu nwettqu dak li wiegħdna, il-linear accelerator issa nxtara u se jiġi nstallat. Bħala parti mill-Pjan Nazzjonali għall-Kura tal-Kanċer (2010 – 2015), b’dan il-proġett se nwessgħu aktar is-servizzi tal-kura tal-kanċer f’Malta. Dan kollu jmur id f’id mal-prevenzjoni, l-iscreening u r-riċerka.”
Il-MinistruCassar irringrazzja lill-istaff tal-Isptarijiet Boffa u Mater Dei tal-ħidma tagħhom u awgura li dan il-proġett iħalli l-frott mixtieq għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow