ALLOKAT POST BIEX JINTUŻA BĦALA CRISIS INTERVENTION CENTRE F’GĦAWDEX
pr1550
23/08/2010
| Il-Ministeru għal | Għawdex u l-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex iffirmaw ftehim li permezz tiegħu ġie allokat post li jagħti kenn temporanju lill-persuni li jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Il-Kurja għaddiet l-użu ta’ post li huwa proprjetà tagħha biex dan ikun immexxi mit-Taqsima tal-Ħarsien Soċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services tal-Ministeru għal Għawdex. Dan ser iservi bħala l-ewwel kenn għal persuni l-aktar vulnerabbli, fosthom dawk ta’ taħt it-tmintax-il sena, sakemm tinstab is-soluzzjoni adegwata għas-sitwazzjoni tal-individwi wara li jsir l-assessjar u l-interventi neċessarji. |
| Il-Ministru għal | Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, li kienu preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim esprimew sodisfazzjon dwar il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Knisja f’Għawdex, fejn għall-ewwel darba qed jitwaqqaf post xieraq li jilqa’ b’mod temporanju lill-persuni l-aktar vulnerabbli li jsibu ruħhom fi kriżi, u li jkun ta’ appoġġ soċjali għall-komunità Għawdxija. Il-Ministru Debono spjegat kif il-ħtieġa għal dan il-post kienet ilha tinħass u għalhekk, kemm il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-Kurja, ħadmu bi sħiħ biex seta’ jsir dan il-ftehim b’risq il-qasam soċjali f’Għawdex. Hija qalet li dan il-post se jkun qed iżid mas-servizzi l-oħra li l-Ministeru għal Għawdex joffri lill-persuni f’sitwazzjonijiet soċjali diffiċli. Fosthom semmiet iċ-Ċentru għal Matul il-Jum Santa Marta li jilqa’ persuni b’diżabilità, it-Taqsima għall-Kura tal-Anzjani li toffri servizzi lill-anzjani li għadhom jgħixu fi djarhom, kif ukoll it-Taqsima tas-Social Work li toffri l-għajnuna tagħha b’mod ġeneriku fil-komunità Għawdxija. |
| L-Isqof ta’ Għawdex Mons | Mario Grech fisser li l-kollaborazzjoni tal-Knisja f’Għawdex f’dan il-proġett huwa mod prattiku kif il-Knisja tixtieq turi s-solidarjetà tagħha ma’ dawk il-persuni u l-familji li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. Mons. Isqof saħaq li kull inizjattiva li tħares il-bniedem u l-familja għandha ssib l-appoġġ tal-ħafna. |
| Dan il-post ġdid se jkun | qed jiġi mmexxi bis-sehem ta’ assistenti soċjali u riżorsi umani professjonali li se jkunu qed jieħdu ħsieb lill-persuni li jinħtieġu dan is-servizz filwaqt li jipprovdulhom l-ikel, ambjent nadif u neċessitajiet bażiċi oħra. |
| Dan il-post se jkun | jinkludi fost l-oħrajn kmamar tas-sodda, faċilitajiet sanitarji u kċina, u uffiċċju mgħammar b’utilitajiet neċessarji oħra bħal servizzi ta’ l-internet kif ukoll neċessitajiet bażiċi li wieħed isib f’familja. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990