Left arrow Go Back

FTEHIM IEĦOR BEJN IL-GVERN U L-UNJON TAL-GĦALLIEMA - IĦARES LEJN L-IŻVILUPP PROFESSJONALI TAL-GĦALLIEMA FL-INTERESS TAL-ISTUDENTI

pr1549
Date Icon 23/08/2010
Il-Gvernu l-Malta Union of Teachers dal-għodu ffirmaw ftehim ġdid li jagħraf ir-responsabbiltajiet ġodda li għandhom l-għalliema bir-riformi li qed isiru fil-qasam edukattiv u allura filwaqt li jipprovdi għal taħriġ kontinwu għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema, joffri kumpens adegwat għal dawn ir-responsabbiltajiet ġodda.  L-iffirmar tal-Ftehim kien preseduta mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina.
Il-Ministru Cristina qalet li l-lum il-Gvern kienqed jagħti xhieda oħra tal-impenn tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni bikrija, dik primarja u dik sekondarja kif ukoll tal-istima u l-apprezzament li l-Gvern għandu lejn il-professjoni tal-għalliema.
F’danil-qasam il-Gvern mhux biss qed jinvesti bil-qawwi fi skejjel ġodda u apparat u attrezzatura state of the art, imma wkoll fit-tiġdid professjonali tal-għalliema li huma impenjati f’dawn l-oqsma u bir-reklutaġġ ta’ professjonisti oħra biex jgħinu l-għalliema jaqdu aħjar il-missjoni tagħhom.
Il-Gverngħandu mħejjija strateġija fit-tul dwar kif irid ikompli jiżviluppa dan il-qasam tal-edukazzjoni għax jemmen li dan hu l-aktar perjodu importanti fl-iżvilupp edukattiv tal-individwu.  Inutli li jkollna, kif għandna settur post sekondarju u terzjarju tal-ogħla livell jekk l-istudenti li jaslu għal dawn l-istadji ma jkunux kapaċi jaċċessawhom.
Il-Ministru qalet li dan il-Ftehim hu konsegwenzanaturali tal-Ftehim Storiku li l-Gvern u l-MUT kienu ffirmaw fl-2007 u se jiġbor fih ukoll dak li kien maqbul f’żewġ Memoranda of Understanding dwar il-Kindergarten u l-Learning Support Assistants li ż-żewġ naħat iffirmaw tard is-sena l-oħra.
Dakil-ftehim kien offra bażi tajba biex titwettaq ir-riforma tant meħtieġa fil-qasam edukattiv.  Wara li kienu saru l-emendi fil-Ligi tal-Edukazzjoni fl-2006, kien hemm bżonn ftehim mal-Unjon biex ipoġġi r-riforma fuq bażi soda biex nassiguraw edukazzjoni ta’ kwalità għal uliedna.
F’dawnl-aħħar sentejn u nofs fil-qasam tal-edukazzjoni obbligatorja rajna:

·     Tibdil fil-mixja mill-Primarja għas-Sekondarja;

·     Ir-riforma tal-iskejjel speċjali;

·     Introduzzjoni ta’ servizzi ġodda biex jagħtu appġġ lil tfal b’diżabiltà, bħal ACTU, Autistic Spectrum Disorder Team, Speech Therapist u Occupational Therapists, is-servizz ta’ Inclusive Education Specialist, u Inclusion, Coordinators għas-settur primarju u sekondarju, taħriġ għal Learning Support Assistants biex ikunu ppreparati aħjar biex jagħtu appoġġ lit-tfal;

·     Introduzzjoni ta’ servizzi ġodda bħal trainee psychologists, trainee counsellors, trainee career advisors, college prefects of discipline, college counsellors, college career advisors, u youth workers, biex jagħtu appoġġ lil tfal li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet psikoloġiċi;

·     Servizzi ġodda ta’ appoġġ lill-iskejjel bħal Nurture Groups, Learning Support Zones u l-impjieg ta’ Social Emotional Behavioural Difficulties Specialists, għal tfal b’diffikultà fl-imġieba.  Din is-sena jinfetħu l-ewwel Learning Support Centres;

·     Appoġġ fil-Kurrikulu fil-forma ta’ personnel li jżur l-iskejjel bħal Uffiċjali Edukattivi u Kapijiet tad-Dipartimenti f’suġġetti partikolari;

·     Taħriġ intensiv għat-tibdil li ġġib magħha r-riforma;

·     Appoġġ teknoloġiku f’forma ta’ laptops, interactive whiteboards u tagħmir ieħor biex l-għalliema jkollhom l-għodda meħtieġa biex jagħmlu l-lezzjonijiet aktar interessanti li jimmotivaw it-tfal biex jitgħallmu;

·     Bini u mmodernizzar ta’ diversi skejjel.

“Filwaqtli fil-Ministeru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni konna qed nimplimentaw dan kollu irrealizzajna li hemm elementi mill-Ftehim tal-2007 li qed jaħdmu tajjeb ħafna.  Iddiskutejna u kkonsultajna u rajna li minn dak il-Ftehim hemm elementi li kellhom jiġu spjegati aħjar jew modifikati biex dejjem intejbu l-kwalità ta’ edukazzjoni f’pajjiżna”, qalet Dolores Cristina.
Il-ftehim li kien iffirmat il-lum jibni fuq dak likien hemm.  Fl-edukazzjoni hu żball kbir li wieħed iħott kollox u jibda jibni mill-ġdid.  L-għaqal jitlob li wieħed jevalwa u jagħraf it-tajjeb li jeżisti u jibni fuqu u fl-istess ħin ikollu l-kuraġġ li dak li mhux qed jaħdem sew ibiddlu. Hekk qed nagħmlu l-lum.
X’fihdan il-Ftehim?
Prinċipju importanti fejn il-Gvern u l-MUT qedjaqblu li l-eLearning hi għodda pedagoġika importanti ħafna.  Hemm għarfien sħiħ li l-Gvern qed jinvesti bil-kbir f’dan il-qasam biex uliedna jkollhom l-aħjar opportunitajiet biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom;
Għarfienbejn iż-żewġ naħat li t-tfal jitgħallmu b’mod differenti minn xulxin u għalhekk it-tagħlim fil-klassi jrid jindirizza dan u jiġu applikat metodi differenti ta’ tagħlim;
Se jiġiintrodott proġett pilota biex jingħataw reduced hours lill-għalliema.  Dan il-proġett ikun evalwat wara sena bil-ħsieb li jkun estiż u rfinat;
Hemmqbil li tkun esplorata l-possibilità li jiġu introdotti strutturi ġodda ta’ appoġġ lil tfal b’diżabiltà fis-settur sekondarju;
Ġietiċċarata l-pożizzjoni ta’ dawk il-Kindergarten Assistants li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni inklussiva u speċjali;
Sarużviluppi fil-funzjoni tal-induction u mentoring għall-edukaturi;
Ġewiċċarati l-kriterji ta’ eliġibiltà għas-sejħiet ta’ Uffiċjali Edukattivi u Assistenti Diretturi;
Permezzta’ dan il-ftehim qed ikun introdott il-kunċett tal-bridging fil-qasam edukattiv, fejn meta impjegat jirriżenja mill-impjieg biex jieħu responsabbiltà familjari, dan ikun jista’ jerġa’ japplika biex jidħol fis-servizz u jkompli fuq l-iskala ta’ salarju fejn ħalla qabel ma rriżenja;
Sartibdil fil-metodu ta’ taħriġ li jingħataw l-għalliema;
Introdott ir-rappreżentant tas-Saħħa u Sigurtàf’kull Kulleġġ;
Il-Ministru Cristina spjegat li bħala rikonoxximenttax-xogħol siewi li jagħmlu l-edukatturi, il-Gvern se jagħti allowance lil diversi gradi ta’ għalliema biex dawn ikunu jistgħu jwettqu u jkomplu jtejbu x-xogħol tagħhom mat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Ghawdxin.
Setingħata għall-ewwel darba allowance lill-Kindergarten Assistants.
Żjiedafl-allowance tal-Learning Support Assistant u Kindergarten Assistants li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni inklussiva u speċjali.
L-għalliema b’doveri partikolari kif stipulatimill-Kap tal-Iskola, se jieħdu żjieda fl-allowance tagħhom ukoll.
Fl-livell ta’ Management ingħataw ukollallowances biex jirriflettu r-responsabiltajiet li qed iġġib magħha r-riforma.
Il-Prinċipali tal-Kulleġġi, is-Service Managersu l-Assistenti Diretturi se jirċievu Performance Bonus meta jikkwalifikaw għalih.
Il-Ftehim se jiswa lill-Gvern €3.9 miljun fuq meddata’ tliet snin.
Il-Ministru Cristina rringrazzjat lil dawk li kienustrumentali biex intlaħaq dan il-ftehim ġdid wara ħafna negozjati bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-MUT, flimkien ma’ rapprezentati tal-Ministeru tal-Finanzi u mill-Public Administration Human Resource Office.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow