STQARRIJA MIL-MINISTERU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA'
pr1545
22/08/2010
Il-Ministeru tas-Sahha ma jittolera l-ebda abbuz
| Il-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u | l-Kura fil-Komunita’ ma jittolera l-ebda abbuz li jsir mis-sistemi tas-sahha f’pajjizna, u fejn jirrizulta jittiehdu l-passi kollha li jkunu mehtiega kontra min iwettaq l-abbuz. |
| Il-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u | Kura fil-Komunita jikkonferma li wara investigazzjoni interna, sar rapport fuq allegat abbuz fl-Isptar Mater Dei marbut ma’ hlas mitlub lill-pazjenti ghall-servizz imsejjah Negative Therapy VAC. |
| Wara dan ir-rapport preliminari hareg | li hemm bazi ghall-aktar investigazzjoni. Ghalhekk, il-Ministeru nhar il-Gimgha ghadda r-rapport lill-Pulizija ghall-investigazzjoni kriminali. Fl-istess waqt il-Ministeru fetah ukoll inkjesta formali li se tezamina wkoll is-sistemi amministrattivi u tara x’aktar passi ghandhom jittiehdu inkluz l-azzjonijiet dixxiplari. |
| Il-Ministeru jsostni li l-politika | tal-Gvern hi li ma jittolera l-ebda forma ta’ abbuz. Hu ghajb li jkun hemm min b’mod irresponsabli jisfrutta sitwazzjonijiet vulnerabbli li jkunu ghaddejjin minnha persuni b’diffikultajiet f’sahhithom. Il-Gvern jiehu kull azzjoni kontra min iwettaq l-abbuz. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990