Left arrow Go Back

Żjieda ta’ self ta’ 60,000 ktieb mil-Libreriji fl-ewwel 7 xhur ta’din is-sena.

pr1544
Date Icon 22/08/2010

Mislufa 475,725 ktieb

BejnJannar u Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ kotba mislufa mil-Librerija Ċentrali fil-Furjana u l-libreriji reġjonali mifruxa f’diversi bliet u rħula żdied b’60,000.  Bejn Jannar u Lulju tas-sena li għaddiet il-libreriji kienu silfu lill-pubbliku 415,959 ktieb filwaqt li din is-sena silfu 475,725 ktieb. Din iz-zieda fis-self ta’ kotba hi rizultat ta’ aktar investiment li qed isir fil-libreriji pubblici permezz ta’ aktar ta’ xiri ta’ aktar kotba u kampanji li qed isiru biex aktar nies jaqraw.
Is-servizz tal-Libreriji l-lum jagħmel ukoll użuminn mezzi elettroniċi.  Permezz ta’ dan is-servizz il-Bibljografija Nazzjonali tpoġġiet fuq sit elettroniku li jgħaqqad il-libreriji kollha reġjonali u nazzjonali u l-fergħat tagħhom, f’xibka waħda ta’ komunikazzjoni biex kulħadd ikun jaf f’liema librerija jinsab il-ktieb li jkun qed ifittex biex jaqra.
Fil-Baġit ta’ din is-sena il-Gvern ivvotta s-sommata’ €100,000 biex ikunu akkwistati kotba ġodda għal-libreriji tagħna bi preferenza speċjali għal pubblikazzjonijiet Maltin. L-investiment li sar sa issa f’xiri ta’ kotba godda matul din is-sena hu 11-il darba aktar mis-sena li ghaddiet.  Bejn Jannar u Lulju tas-sena li ghaddiet kienu inxtraw b’€7,011 filwaqt li fl-ewwel sebgha xhur ta’ din is-sena inxtraw b’€76,627 f’kotba godda.
Fil-fattil-Librerija Nazzjonali fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena xtrat b’kemm jiswew €5724 f’kotba ġodda meta fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet kienet xtrat b’€1699 f’kotba. Dan barra mijiet ta’ kotba oħra li kienu pubblikati minn pubblikaturi Maltin li skont il-liġi huma marbuta li jagħtu kopja tal-ktieb tagħhom lil-Librerija Nazzjonali.  Żjieda ferm akbar kienet reġistrata fix-xiri u akkwist ta’ kotba mil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana u dawk reġjonali.  Għal dawn il-libreriji bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena inxtraw b’kemm jiswew €70,903 kotba ġodda meta fl-istess perjodu s-sena li għaddiet kienu nxtraw €5,312.
In-numruta’ abbonati għas-servizzi tal-libreriji ukoll żdied bi 300 fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena, paragunati mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Ta’ minifakkar ukoll li matul dan is-Sajf, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda kampanja ta’ qari f’xatt il-baħar billi poġġa Librerija Mobbli f’numru ta’ xtajtiet li huma popolari għall-għawm.
Dinis-sena wkoll, il-Bibljoteka Nazzjonali bl-għajnuna tal-kumpannija nazzjonali tal-ajru Air Malta u l-Lions Club bdiet żewġ proġetti ta’ restawr ta’ kotba u dokumenti antiki li jinħtiġilhom attenzjoni biex ikunu restawrati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow