Left arrow Go Back

Il-MEUSAC għen b’suċċess 57 inizjattiva biex jiksbu €13-il miljun mill-UE

pr1543
Date Icon 22/08/2010

41 proġett ieħor qed jiġu evalwati

F’20xahar il-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSAC) għen b’suċċess 57 inizjattiva differenti proposti min-numru ta’ entitajiet li riedu jwettqu proġetti billi jakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn l-inizjattivi jammontaw għall-valur ta’€13-il miljun ewro.
L-għajnuna ingħatat permezz tal-Funding Unittal-MEUSAC li teżisti biex tagħti pariri u direzzjoni primarjament lill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) u Kunsilli Lokali jsibu l-aktar programm ta’ fondi Ewropej li jgħodd għalihom biex iwettqu l-inizjattivi u l-proġetti li jkunu qed jippjanaw.
Fil-każta’ Għawdex il-MEUSAC jgħin ukoll intrapriżi żgħar u medji (SMEs). L-għajnuna f’Għawdex qed tingħata mill-Uffiċċju Reġjonali tal-MEUSAC u tal-MCESD li ġie inawgurat f’din il-gżira fix-xhur li ghaddew.
Statistika turi li bejn Diċembru 2008 u Lulju 2010,il-MEUSAC għen b’suċċess 40 proġett imressaq minn Kunsilli Lokali b’valur ta’ €8.7 miljun. 12-il proġett tressqu minn Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u dawn kellhom valur komplessiv ta’ €2.9 miljun. Ħames inizjattivi oħra tressqu minn entitajiet governattivi u dawn kellhom valur ta’ €1.4 miljun.
Il-proġetti mressqa mill-Kunsilli Lokali b’suċċessjinkludu dawk taħt il-programmi Europe for Citizens, Youth in Action, u l-EAFRD (Fondi Rurali). L-NGOs ħadu fondi taħt il-programmi ERDF, Youth in Action, Europe for Citizens u l-EAFRD (Fondi Rurali). L-entitajiet governattivi kisbu finanzjament permezz ta’  l-ESF  (Fond Soċjali Ewropew), id-Direttorat Ġenerali tal-Liġi tal Kompetizzjoni u mid-Direttorjat Ġenerali tal-Agrikoltura u Żvilupp Rurali fost l-oħrajn.
41proġett ieħor għadhom qed jiġu evalwati mill-awtoritajiet rispettivi mill-immaniġjar ta’ dawn il-fondi f’Malta jew fi Brussell skont il-każ. Fost dawn hemm 34 inizjattiva minn Kunsilli Lokali li talbu għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex iwettqu proġetti fl-oqsma tat-Turiżmu u tal-Enerġija. Proġetti oħra li għadhom qed jiġu evalwati jinkludu seba’ li tressqu minn NGOs.
Il-MEUSAC jintalab għall-pariri minn diversientitajiet li eventwalment mhux kollha jressqu l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt tul l-istess perjodu ta’ 20 xahar, il-MEUSAC iltaqa’ ma’ 226 entita’ differenti.
Il-MEUSAC għandu s-sede ċentrali tiegħu f’280 Triqir-Repubblika fil-Belt Valletta filwaqt li minn Għawdex jopera mill-Uffiċċju Reġjonali li jinsab f’The Brokerage fi Triq Santa Marta fir-Rabat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow