300 infermiera japplikaw biex jaħdmu fis-Settur Pubbliku tas-Saħħa
pr1540
20/08/2010
| Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura | fil-Komunita’ ħabbar li sal-lum, in-numru ta’ applikazzjonijiet minn infermiera biex jaħdmu fis-settur pubbliku tas-saħħa f’Malta huwa ta’ 300 u dan in-numru qed ikompli jiżdied kuljum. |
| Minn | dawn, 50 infermiera Maltin li jinkludu dawk li għadhom kemm spiċċaw l-istudji tagħhom u oħrajn li applikaw ġew irreġistrati il-bieraħ. Minn nhar it-Tnejn 23 t’Awwissu 2010, dawn l-infermiera se jiġu msejħa biex jibdew jaħdmu fi żmien qasir. |
| Kien | hemm ukoll 250 applikazzjoni minn infermiera barranin. Minn dawn 125 għaddew mill-ewwel fażi ta’ l-għażla u bħalissa għaddejin minn skrutinju aktar iddettaljat. |
| 46 | infermiera minn dawn huma infermiera Pakistani li jistgħu jibdew jaħdmu bħala staffnurses minn nofs Settembru 2010. Il-bqijja, 79, se jkomplu bil-proċess ta’ l-iskrutinju dettaljat ta’ l-għażla. Ta’ min jgħid li uħud minnhom ġew irreġistrati b’mod temporanju mill-Kunsill ta’ l-Infermiera li jikkonferma l-kwalifiki tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaħdmu bħala infermiera f’Malta. |
| Ta’ min | wieħed jinnota li, minnbarra l-iskrutinju u konferma tal-kwalifiki, il-proċess jinkludi applikazzjoni biex l-infermiera jiġu kkunsidrati biex jaħdmu fis-servizz pubbliku tas-saħħa f’Malta, kif ukoll permess ta’ mpjieg mill-ETC u ħruġ ta’ visa ta’ residenza mill-awtoritajiet tal-pulizija. |
| Il-Ministeru għadu wkoll jistenna l-eżitu tas-sejħa | sabiex kumpaniji internazzjonali ta’ reklutaġġ jistgħu jidentifikaw u jipproponu aktar infermiera barranin li jixtiequ jaħdmu f’Malta. |
| F’kumment, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura | fil-Komunita’ l-Onor. Joe Cassar qal li dan il-proċess li ilu ġħaddej u li llum qed jagħti r-riżultat jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa għall-ġid tal-pazjenti. Hu rringrazzja wkoll lil dawk kollha li kienu involuti fi proċess twil u rigoruż biex jiżdiedu u jidħlu nfermiera ġodda. Fl-istess waqt il-Ministru Cassar esprima l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li ta’ kuljum jiġu f’kuntatt mal-pazjenti u dawk kollha li joffru servizzi ta’ appogg fil-qasam tas-saħħa u kura ta’ l-anzjani. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990