Stqarrija: Il-Gvern wieġeb gћad-domandi u l-kjarifiċi li talbet il-Kummissjoni Ewropea
pr1530
18/08/2010
| Il-Gvern jifhem l-interess | tal-Kummissjoni Ewropea li titlob informazzjoni mingћand l-Istati Membri dwar proċessi differenti, fosthom dawk marbuta ma’ sejћiet gћall-offerti, fejn il-Kummissjoni tara li l-proċessi jitmexxew skont ir-regolamenti Ewropej. |
| Gћal | dan il-gћan, matul il-ġimgћat li gћaddew il-Gvern bagħat it-tweġibiet u l-informazzjoni mitluba lill-istess Kummissjoni Ewropea dwar il-proċess tal-offerti gћall-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara. Kif dejjem jigri waqt li għaddejja l-korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea, il-prassi stabbilita hi li l-ittri ma jiġux pubblikati qabel ma jintemm il-proċess. |
| Il-Gvern dejjem kien miftuħ li jagħti | l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-Awditur Ġenerali ingħatatlu l-informazzjoni kollha qabel ma kkonkluda r-rapport f’investigazzjoni indipendenti li għamel u li damet għaddejja 11-il xahar. |
| Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali | ikkonkluda li ma kienx hemm korruzzjoni, kif pruvat timplika l-Oppożizzjoni. Bil-kontra tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jirrispetta l-konkluzjoni tal-Awditur Ġenerali. |
| Barra minnhekk il-Gvern iddiskuta | l-estensjoni tal-Power Station u pprovda l-informazzjoni kollha waqt dibattitu parlamentari mifrux fuq żewġ seduti. F’dan id-dibattitu parlamentari il-Gvern ta informazzjoni u provda kjarifiki għall-mistoqsijiet kollha li resqet l-Oppożizzjoni, inkluż il-punti li reġa rrepeta l-Kap tal-Oppożizzjoni llum. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990