Left arrow Go Back

Xogħlijiet estensivi ta’ restawr u konsolidament tas-swar fl-Imdina

pr1529
Date Icon 18/08/2010
Dalgħodul-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino żar ix-xogħlijiet li qed isiru fuq swar tal-Imdina. Fl-Imdina mhux isir sempliċiment programm estensiv ta’ restawr iżda qed issir ħidma partikolari sabiex ikunu kkonsolidati żoni speċifiċi tas-swar tal-Imdina li jinsabu fi stat perikoluż.
Dan huxogħol delikat, u bħalissa qed issir ħidma partikolari fuq il-bastjun ta' San Pawl u fuq is-Sur ta' taħt il-Palazz Vilhena. Fil-Bastjun qed jiddaħħlu mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda biex is-swar jibqgħu stabbli. Taħt il-Palazz Vilhena s-sistema ta' konsolidament tinkludi deep piles ta' 16-il metru, flimkien ma' post-tensioned tendons. Dan ix-xogħol qed jikkumplimenta dak li diġa’ sar fuq parti oħra tas-swar tal-Imdina fejn tlesta proġett pilota fejn ukoll numru ta’ piles ddaħlu fis-saffi ta' taht is-swar, flimkien ma' post-tensioned tendons sabiex il-bastjun ikun konsolidat. Qed isir kontinwament moniteraġġ fuq il-ftuħ li nsibu fil-bastjun sabiex kull moviment ikun irrekordjat sabiex ikun studjat kontinwament il-moviment li jista’ jsir fuq dan il-bini hekk storiku u mportanti.
Il-Ministru Pullicino fakkar li l-programm ta’restawr tas-swar jinvolvi erba’ siti ewlenin f’Malta u Għawdex, jiġifieri s-swar tal-land-front tal-Belt Valletta, is-swar tal-Birgu, is-swar tal-Imdina u dawk taċ-Ċittadella f’Għawdex. Sal-aħħar tal-proċess kollu, il-Gvern se jkun irrestawra madwar 135,000 metru kwadru ta’ faċċati ta’ swar fuq tul ta’ madwar 6km ta’ fortifikazzjonijiet. Il-proġett tar-restawr qed issir b’investiment ta’ €36 miljun fil-patrimonju tagħna. L-eżerċizzju huwa ko-finanzjat (85%) mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew.
Ir-restawr estensiv tal-fortifikazzjonijiet huwa xhieda tax-xogħol kbir li qegħdin nagħmlu bl-użu tal-fondi allokati għalina mill-Unjoni Ewropea. Il-proġetti ta’ restawr huma essenzjali għall-wirt storiku ta’ pajjiżna, u joħolqu x-xogħol. Dawn il-proġetti ta’ restawr  filwaqt li se jkunu qed jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi u dawk li jżuruna huma wkoll investiment fil-passat għal futur sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu igawdu huma wkoll dan il-wirt imprezzabbli li għandu pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow