SUĊĊESS FL-ISKEMA F’GĦAWDEX
pr1528
18/08/2010
| F’Mejju li għadda, | l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (Pharmacy of Your Choice SCHEME) ġiet estiża għal Għawdex u għaldaqstant dawk il-pazjenti bil-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu kienu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex setgħu jibdew jibbenifikaw minn din l-Iskema billi jirreġistraw mal-ispiżerija tal-għażla tagħhom f’Għawdex. |
| Bħal ma sar fil-passat, | matul dan il-perjodu ta’ transizzjoni u sakemm il-pazjenti jiġu rreġistrati mal-Iskema tal-POYC, baqa’ jingħata wkoll is-servizz mill-Ispizerija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. |
| Illum, u fi żmiem | relativament qasir, in-numru ta’ pazjenti Għawdxin li huma rreġistrati mal-POYC tela’ għal 6,625. Dan jindika biċ-ċar li l-introduzzjoni tal-Iskema kienet suċċess. |
| Għalqadstant, ma baqax | iżjed il-ħtieġa li l-Ispizerija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tibqa’ tagħti dan is-servizz minħabba l-fatt li l-pazjenti m’ghadhomx imorru l-Isptar għall-mediċini iżda qed imorru jiġbru l-mediċina tagħhom mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990