Left arrow Go Back

Linji gwida għall-bejjiegħa tal-ħut jassiguraw prodotti friski għand il-konsumatur

pr1527
Date Icon 18/08/2010
L-Awtorita’ Maltijagħall-Istandards (MSA), bi qbil mal-bejjiegħa tal-ħut, fasslet linji gwida dwar l-immaniġġjar, il-wiri u l-bejgħ tal-ħut. Din il-gwida tistabbilixxi prattiċi tajba u livelli għolja ta’ iġjene li għandhom ikunu osservati u li minnhom igawdu kemm il-bejjiegħa kif ukoll il-konsumatur Malti.
Waqt it-tnedija ta’ dawnil-linji gwida, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said qal li dawn se jserħu moħħ il-konsumatur li jkun qed jixtri l-ħut mingħand bejjiegħa li m’għandhomx ħanut jew post fiss. Il-konsumaturi se jkunu assigurati li l-bejjiegħa li se jimxu fuq dawn l-istandards huma konformi ma’ regolamenti ta’ saħħa u iġjene kif ukoll li l-prodotti li jkollhom għall-bejgħ ikunu friski għax ikunu mizmuma f’temperaturi u kundizzjonijiet adegwati.
Il-linji gwidajittrattaw oqsma differenti fosthom l-indafa, l-użu tas-silġ biex il-ħut jinżamm frisk, l-ippakkeġġjar, l-ipproċessar, it-trasport, iż-żamma ta’ dokumentazzjoni meħtieġa, l-użu ta’ għodda speċifika, iż-żamma tal-ħut f’temperaturi adegwati, l-użu ta’ lbies protettiv, ir-rimi ta’ skart, u l-mod kif l-istess ħut jitpoġġa għall-bejgħ.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li l-ħtieġa ta’ dawn il-linji gwida ilha tinħass. Il-ħarsien tal-linji gwida se jkun ifisser li frott ix-xogħol tas-sajjieda u tal-bejjiegħa tal-ħut se jkun qed jasal għand il-konsumatur fl-aħjar kundizzjoni. B’hekk tiżdied il-fiduċja reċiproka bejn il-konsumatur, il-bejjiegħ tal-ħut u s-sajjied.
Hu stmat li fl-ewweltliet xhur ta’ din is-sena, s-sajjieda qabdu 133 tunnellata ħut li jfissru żieda ta’ 62.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dawn kienu jinkludu 51 tunnellata ta’ pixxispad li waħdu żdied bi 80.7 fil-mija. Minbarra fil-qbid tal-pixxispad kien hemm żieda sostanzjali fil-qbid ta’ diversi speċi oħra fosthom tal-Lampuka (193.7 fil-mija), tad-Dott (104.8 fil-mija), tal-Mazzola (102.7 fil-mija), u tal-Gambli (94.3 fil-mija).
Il-valur tal-ħut friskmibjugħ fis-swieq Maltin ukoll żdied bi 83.4 fil-mija għal total ta’ €873,881. Il-valur tal-Pixxispad waħdu żdied b’6 fil-mija fuq kull kilo filwaqt li l-valur tal-Vopi żdied b’9.7 fil-mija għal kull kilo. Dan fisser dħul akbar għas-sajjieda u għall-bejjiegħa tal-ħut.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li jekk il-bejjiegħa tal-ħut jimxu fuq il-linji gwida, għandu jirnexxielhom jiġbdu aktar klienti. B’hekk igawdu kemm huma kif ukoll is-sajjieda.
Il-linji gwida kienupubblikati bil-Malti. Saru diversi laqgħat sakemm il-kumitat wasal biex joħroġ bil-verżjoni finali. Chris Said irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom fit-tfassil tiegħu fosthom l-Malta Standards Authority (MSA), id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, id-Dipartiment tas-Sajd, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, l-Għaqda Imprendituri Maltin u Għawdxin u l-bejjiegħa tal-ħut infushom.
Għall-konferenzatal-aħbarijiet attenda wkoll iċ-Chairman tal-MSA, Francis E. Farrugia.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow