MIJIET JAĦTFU L-OPPORTUNITA‘ GĦAL TAĦRIĠ FL-ICT
pr1525
18/08/2010
| Mijiet ta’ nies applikaw | sabiex jiksbu Diploma Nazzjonali mingħajr ħlas, grażżi għall-programm ta’ taħriġ Second Step. L-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika ta’ Malta (MITA) irċeviet total ta’ 375 applikazzjoni għal dan il-programm li permezz tiegħu wieħed jista’ jikseb Diploma Nazzjonali f’Sistemi Informatiċi, fit-Teknoloġija u l-informatika jew f’Kompjuting u Sistemi Informatiċi. |
| L-ammont | hekk kbir ta’ applikazzjonijiet huwa indikazzjoni ċara li hemm talba sostanzjali għal iżjed taħriġ f’ħiliet fil-qasam tal-ICT fost il-Maltin. Dan il-fatt juri wkoll kemm għandha raġun il-MITA li toħloq programmi nazzjonali ta’ taħriġ bl-iskop li jattiraw aktar riżori umani lejn dan is-settur minn fost sorsi varji, fosthom dawk li diġà għandhom impjieg. |
| Informazzjoni miġbura s’issa turi li persentaġġ | għoli tal-popolazzjoni (80.1%) tikkonsidra l-korsijiet part-time bħala mod ta’ kif wieħed jista’ jassigura mpjieg aħjar u anke jibda karriera fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informatika. Minkejja l-fatt li dan is-settur għadu ddominat mill-irġiel, huwa ta’ inkoraġġiment kbir li madwar terż tal-appikanti għal dan il-kors huma nisa. Din ir-rata għolja ta’ parteċipazzjoni ta’ applikanti ta’ etajiet differenti, fosthom dawk li għandhom ‘l fuq minn erbgħin sena (31%), turi l-interess tan-nies li qed jagħrfu l-ħtieġa tat-tagħlim matul il-ħajja billi jaħtfu l-opportunitajiet li joffru dawn il-programmi ta’ taħriġ fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informatika. |
| L-informazzjoni | turi wkoll li 55% tal-applikanti għandhom impjieg full time, 16% huma impjegati fuq bażi part time, mentri 17% huma bla xogħol. Huwa interessanti, li 12% tal-applikanti huma studenti full-time li qed jistudjaw suġġett li mhux relatat mat-Teknoloġija tal-Informatika. |
| Ir-raġuni ewlenija | li għaliha l-parteċipanti applikaw għal dan il-programm hija għaliex jemmnu li diploma fl-ICT għandha twassal għal aktar opportunitajiet għal impjieg (31%). Raġunijiet oħra li ssemmew kienu: żvillupp tal-karriera (22%); titjib fil-livell ta’ għarfien dwar it-Teknoloġija tal-Informatika (21%), bidla għal karriera fl-ICT (18%) u ritorn għad-dinja tax-xogħol (8%). |
| Il-Programm Second | Step huwa organizzat mill-MITA u ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fondi Soċjali Ewropej (85%) u Fondi Nazzjonali (15%). It-taħriġ ser jingħata minn istituzzjoni edukattiva privata, li tinsab il-Mosta, iżda 40% tal-kors jista’ jiġi segwit online permezz ta’ sistema speċjallizzata li ġiet żvilluppata apposta għal dan il-programm. |
| Iċ-Chairman tal-MITA, | is-Sur Claudio Grech, qal li “din ir-risposta tant pożittiva turi b’mod ċar li l-pjanijiet tal-MITA għall-provvista ta’ riżorsi umani fis-settur tat-Teknoloġija tal-Informatika huma tajbin. Nemmnu li hemm ammont kbir ta’ individwi li għandhom il-kapaċità li jibnu karriera f’dan is-settur u dawn jistgħu jiġu attirati lejn it-Teknoloġija tal-Informatika biex tintlaħaq aħjar id-domanda tal-industrija permezz ta’ programm bħal dan. Issa, l-isfida hija sabiex inkomplu niżviluppaw korsijiet innovattivi f’dan il-qasam bil-ħsieb li nkomplu nattiraw dan it-talent.” |
| Bħalissa l-applikazzjonijiet | kollha qed jiġu evalwati, proċess li għandu jwassal sal-aħħar t’Awwissu, meta l-Aġenzija ser tinforma l-applikanti jekk ġewx aċċettati jew le. Dawk li ma jkollhomx ir-rekwisti kollha neċċessarji għandhom jagħmlu aptitude test sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx il-livell neċessarju biex jispiċċaw b’suċċess dan it-taħriġ. |
| Il-programm | Second Step se jibda f’nofs Settembru 2010. |
| MITA hija l-Aġenzija | ewlenija tal-Gvern li hija responsabbli għall-politika, programmi u inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ICT f’Malta. L-Aġenzija tmexxi l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-ICT tal-Gvern, tiffoka fuq it-titjib ta’ servizzi għall-pubbliku u tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għall-provista ta’ servizzi tal-ICT lill-Gvern. MITA hija responsabbli wkoll għall-promozzjoni tal-ICT fis-soċjetà u fl-ekonomija, u għall-promozzjoni u t-twettiq ta’ programmi li għandhom l-għan li jtejbu l-edukazzjoni tal-ICT u l-użu tal-ICT għat-tagħlim. |
SESS | ETA’ | BAŻI |
|
|
|
SESS | ETA’ | BAŻI |
|
|
|
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990


