REĠISTRAZZJONI TA’ LIFTS
pr1523
18/08/2010
L-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (MSA) tixtieq tfakkar lil kull min jinstalla lifts u kull min hu sid ta’ lift, li kull lift għandu jiġi reġistrat mal-MSA permezz tal-formoli maħruġin apposta li jinstabu fuq is-sit elettroniku www.msa.org.mt/rad/lifts/index.htm
| Skond | ir-Regolamenti dwar l-Ispezzjonijiet tal-Lifts (Avviż Legali 231 ta’ l-2007), kull min jinstalla lift huwa obbligat li jirreġistra kull lift li nstalla mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem. Dawn huma magħrufa bħala lifts “ġodda”. Huwa obbligatorju wkoll li lifts installati sat-30 ta’ Ġunju 2002, magħrufa bħala lifts “eżistenti”, jiġu wkoll reġistrati minn kull min hu responsabbli minn jew hu sid ta’ dak il-lift. |
| L-obbligi | legali li jitolbu li lifts jiġu reġistrati kif spjegat hawn fuq ilhom fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 f’każ ta’ lifts ġodda u mill-1 ta’ Jannar 2009 f’każ ta’ lifts eżistenti, u japplikaw b’mod retrospettiv. |
| Azzjoni ser tittiehed fuq kull lift li ma | jiġix reġistrat u tista’ tinkludi restrizzjoni fuq l-użu tal-lift. |
Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsiiet dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-MSA fuq telefon 2395 2000 jew email fuq helpdesk.msa@msa.org.mt .
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990