ĦIDMA FAVUR IS-SOSTENNIBILITA’ MILL-KUNSILL LOKALI TA’ ĦAL SAFI
pr1518
17/08/2010
| Inawgurati pannelli | foto-voltaiċi u proġett ta’ tisbiħ ta’ Misraħ San Ġużepp |
| Il-Kunsilli Lokali | qed jingħataw l-għodda meħtieġa biex verament jagħmlu d-differenza fil-komunitajiet li jirrappreżentaw. Ħafna Kunsilli Lokali qed jagħmlu xogħol siewi għall-ġid tar-residenti u qed jirnexxilhom isebbħu l-ambjent fil-lokalitajiet tagħhom permezz ta’ proġetti ta’ kwalita’. Oħrajn qed jutilizzaw bl-aħjar mod skemi maħruġa apposta biex jinvestu f’tagħmir u sorsi ta’ enerġija alternattiva. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said qal dan meta żar il-lokalita’ ta’ Ħal Safi fejn inawgura proġett ta’ pannelli fotovoltaiċi li kienu installati fuq l-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill Lokali u inawgura wkoll proġett ta’ tisbiħ li sar f’Misraħ San Ġużepp. Hu kien akkumpanjat mill-Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Franco Debono. |
| Is-Sindku ta’ Ħal | Safi Pietru Pawl Busuttil spjega kif il-pannelli kienu installati bl-għajnuna tal-Iskema għall-Enerġija Altnernattiva filwaqt li x-xogħlijiet f’Misraħ San Ġużepp saru bil-Fond għall-Iżvilupp Urban tal-MEPA. Ix-xogħlijiet f’dan il-Misraħ kienu jinkludu tisbiħ ġenerali u l-istallazzjoni ta’ għajn tal-ilma f’post fejn fl-imgħoddi kien hemm waħda bħalha. |
| Il-Kunsill Lokali Ħal | Safi kien wieħed mill-Kunsilli Lokali li akkwista finanzjament mill-Gvern ċentrali permezz tal-Iskema għall-Enerġija Alternattiva biex jagħmlu pannelli foto-voltaiċi jew solar water heaters fuq il-bini tal-uffiċċju amministrattiv. Chris Said qal li bl-installazzjoni ta’ sistemi ta’ enerġija alternattiva, il-Kunsilli Lokali qed jagħtu eżempju lill-bqija tal-komunita’ b’impenn favur anqas tniġġiż u favur l-użu ta’ enerġija rinovabbli. Il-Kunsilli Lokali li qed jistallaw dawn it-tip ta’ sistemi, qed jgħinu biex ikunu ffrankati tunnellati ta’ Co2 mill-atmosfera fis-sena; se jnaqqsu drastikament il-kont tad-dawl u l-ilma, għal uħud il-kont tad-dawl se jiġi b’xejn, u f’qasir żmien se jkunu jistgu jibdew jitfgħu elettriku żejjed fil-qafas tal-Enemalta. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li bejn l-2009 u l-2010, il-Gvern se jkun ta 615,000 ewro f’inċentivi biex Kunsilli Lokali jipproduċu enerġija alternattiva. Dan juri kemm il-Gvern kif ukoll il-Kunsilli Lokali qed jaħdmu biex tiżdied il-kuxjenza ambjentali f’pajjiżna. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ | Ħal Safi utilizza b’suċċess ukoll il-Fond għall-Iżvilupp Urban tal-MEPA biex wettaq xogħlijiet ta’ tisbiħ f’Misraħ San Ġużepp. Dan il-fond jitħaddem bil-kunċett tal-planning gain, fih madwar tliet miljun ewro u hu maħsub biex jgħin lokalitajiet jiżviluppaw b’mod sostenibbli. |
| Dr Said ghalaq billi | qal li fl-2009 kienu iffirmati tmien kuntratti għal daqstant proġetti għall-valur ta’ aktar minn 200,000 ewro. F’April li għadda kienu ffirmati 21 kuntratt b’valur ta’ 900,000 ewro fi 17-il lokalita’. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990