STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr1517
17/08/2010
| Xogħlijiet f’922 triq | residenzjali fi tliet snin u nofs |
| L-Oppożizzjoni qed | tkompli bil-kampanja negattiva ta’ miżinformazzjoni dwar ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali li qed isiru mill-Kunsilli Lokali bl-għajnuna finanzjarja tal-Gvern ċentrali. |
| Fit-tentattiv li | jippruvaw jiskreditaw il-ħidma u l-impenn tal-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali biex itejbu t-toroq residenzjali bl-użu tal-finanzjament li għaddilhom il-Gvern, il-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jivvintaw ċifri u numri li ma jirriflettux ir-realta’ u mingħajr ma jivverifikaw il-fatti. Tant hu hekk li f’temp ta’ ġimgħa l-kelliem Laburista għall-Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi Charles Buhagiar u l-kelliem Laburista għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo ma qablux dwar in-numru ta’ toroq residenzjali li sar jew qed isir xogħol fuqhom. |
| Il-fatti jibqgħu li | bejn l-2008 u l-2011 se jkunu inbnew u saru xogħlijiet f’922 triq residenzjali. Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 19277, jingħad ċar u tond li fis-sentejn u nofs li għaddew Transport Malta lestiet 177 triq residenzjali. Bejn issa u l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali oħra. Dawn huma kollha toroq li qed jinbnew għall-ewwel darba. |
| Fl-2009 il-Kunsilli | Lokali ngħataw ħames miljun ewro biex għamlu xogħlijiet f’160 triq residenzjali. Ġimgħa ilu s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali ħabbar tliet skemi u l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja sostanzjali biex isiru 448 triq residenzjali ohra f’47 lokalita’. L-investiment komplessiv fit-toroq li se jsiru mill-Kunsilli Lokali ilaħħaq it-13.5 miljun ewro. |
| F’dawn il-ġimgħat | il-Gvern qed ikompli jipproċessa talbiet minn aktar Kunsilli Lokali biex ikun approvat il-finanzjament u l-irranġar ta’ aktar toroq residenzjali. |
| Dan kollu juri li | l-Oppożizzjoni Laburista għandha biss l-iskop li tkompli tħawwad l-imħuħ u qed jivvintaw ċifri żbaljati apposta. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990