IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA F’LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-MFA
pr1516
17/08/2010
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, l-Onor. Dolores Cristina dalgħodu kellha laqgħa ma’ Norman Darmanin Demajo, il-President il-ġdid tal-Malta Football Association. |
| Filwaqt li ferħet | lill-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni għall-kariga ġdida tiegħu, il-Ministru estendiet l-appoġġ tagħha għall-ħidma tal-Assoċjazzjoni fl-interess tal-logħba tal-football u aktar għall-ħidma li ssir biex tfal u żgħażagħ ikunu mħajra jipparteċipaw f’dan l-isport popolari li jgħinhom jgħixu ħajja b’saħħitha u ’l bogħod mill-perikli. |
| Il-Ministru nsistiet | li l-iskejjel tal-Istat qegħdin hemm ukoll għall-użu tal-komunita`, inkluż il-klabbs u n-nurseries tal-football u għaqdiet sportivi oħra, bi ftehim mal-kapijiet tal-iskejjel rispettivi. |
| Is-Sur Darmanin | Demajo rringrazzja lill-Ministru għal din il-laqgħa u għall-kooperazzjoni li qed testendi lill-Assoċjazzjoni u assiguraha li l-MFA lesta tagħti s-sehem tagħha lejn soċjeta` b’saħħitha permezz tal-isport u lesta tkompli tinvesti f’dan is-settur jekk issib il-koperazzjoni meħtieġa. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990