IL-MEUSAC INIEDI IL-FOND GĦAS-SOĊJETÀ ĊIVILI 2010-2011
| Il-Malta-EU | Steering and Action Committee (MEUSAC), ħareġ sejħa għal proposti mill-korpi kostitwiti u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jixtiequ jkunu mgħejjuna fl-affiljazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom ma’ gruppi, assoċjazzjonijiet u/jew federazzjonijiet oħra Ewropej. Din is-sejħa tkopri attivitajiet li saru jew li għad iridu jsiru bejn l-ewwel ta’ Settembru 2010 u l-31 t’Ottubru 2011. |
| Il-fondi mogħtija minn dan il-Fond jistgħu jilħqu sa | persentaġġ ta’ 80% tal-ispejjeż eliġibbli, minfuqa mill-Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili rispettiva. L-ammont kollu tal-ispejjeż eliġibbli li jistgħu jkunu kkunsidrati mill-Kumitat maħtur għal dawn l-għotjiet, ma jistax jaqbeż €12,500 għal kull applikazzjoni. L-ikbar ammont li l-Kumitat jista’ jagħti lil organizzazzjoni waħda hu ta’ €10,000. |
| Organizzazzjonijiet | eliġibbli għall-Fond għas-Soċjetà Ċivili (FSĊ) huma: |
| Ø Organizzazzjonijiet | volontarji u li jmexxu lilhom infushom, li mhumiex suġġetti għat-tmexxija minn awtoritajiet pubbliċi, li huma indipendenti minn xi kontroll politiku u rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji skont kif stabbilit mill-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, u Msieħba Soċjali jew xi Organizzazzjoni oħra tas-Soċjetà Ċivili li għandha rikonoxximent uffiċjali taħt xi liġi speċifika jew regolament jew att amministrattiv; u |
| Ø Organizzazzjonijiet | tas-Soċjetà Ċivili mwaqqfa bl-iskop partikolari li jilħqu bżonnijiet speċifiċi fl-interess pubbliku jew fl-interess tal-missjoni tagħhom u li m’għandhomx skopijiet industrijali jew kummerċjali. Id-dokumenti relatati għandhom jiġu mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni. |
Biex l-organizzazzjonijiet eliġibbli għal dawn l-għotjiet ikunu jistgħu jieħdu minn dan il-Fond hu meħtieġ li japplikaw skont il-linji tal-oġġettivi stipulati hawn fuq u skont il-Linji Gwida li jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-MEUSAC www.meusac.gov.mt billi jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom liċ-Chairperson, Kumitat għall-Fond tas-Soċjetà Ċivili, MEUSAC, 280, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta VLT 1112. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa mhux iktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 27 t’Awwissu 2010. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta jew personalment, issiġillati u intatti. Kull applikazzjoni li tasal wara d-data u l-ħin stipulat ma tiġix aċċettata.
| L-applikanti għandhom | jimlew il-Formola ta’ Applikazzjoni li tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-MEUSAC. Id-dokumenti mitluba għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni. L-applikazzjoni (flimkien mad-dokumenti) għandhom jintbagħtu f’żewġ kopji stampati (waħda oriġinali u waħda kopja), kif ukoll kopja oħra identika f’format elettroniku (diska kompatta). |
| L-applikanti li jiġu | mogħtija xi għotja taħt din is-Sejħa jkunu mistennija jissottomettu rapport tekniku finali li għandu jasal għand il-Kumitat sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru 2011. Fin-nuqqas ta’ dan, l-organizzazzjoni titlef id-dritt għall-bqija tal-għotja li jkun fadal li tingħata, mingħajr l-ebda notifika oħra u jkollha trodd lura l-għotja li tkun ingħatat minn qabel. |
| Intant, hija meħtieġa wkoll il-parteċipazzjoni | attiva fl-istrutturi ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC. L-attendenza u l-kontribut fil-laqgħat u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC tiġi kkunsidrata. Il-korpi kostitwiti li diġà qegħdin jirċievu fondi pubbliċi għal attivitajiet relatati mal-Unjoni Ewropea mhumiex eliġibbli. Attivitajiet li diġà huma finanzjati taħt xi programm ieħor tal-Unjoni Ewropea mhumiex eliġibbli għall-iskema ta’ dan il-Fond għas-Soċjetà Ċivili. |
| L-organizzazzjonijiet li | jibbenefikaw minn dan il-Fond għas-Soċjetà Ċivili jidħlu fi ftehim bil-miktub mal-MEUSAC li bih jintrabtu li jaħdmu flimkien mal-MEUSAC fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet varji, li jinkludu l-użu ta’ faċilitajiet għal seminars u laqgħat relatati kemm mal-MEUSAC u kif ukoll mal-għanijiet u l-funzjonijiet tal-organizzazzjoni rispettiva. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990