Left arrow Go Back

Imnedija l-iskema ta’ Boroż ta’ Studju  għal min jixtieq jagħmel l-ewwel Degree Universitarju

pr1508
Date Icon 17/08/2010
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja qediniedi l-iskema tal-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) – Undergraduate.  Din hi miftuħa għal kull min jixtieq jagħmel l-ewwel grad (degree) universitarju u mhux reġistrat mal-Università ta’ Malta jew fil-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST).
L-għanta’ din l-iskema hi li:

·     Tinkoraġixxi aktar studenti li jkomplu l-istudju tagħhom f’livell universitarju kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna; 

·     Tinkoraġixxi studji akkademiċi ta’ eċċellenza permezz tas-settur privat;

·     Toffri liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin firxa aktar wiesa’ minn fejn jagħżlu l-istudji li jixtiequ jkomplu u l-istituzzjonijiet fejn jixtiequ jistudjaw.

L-istudenti li jidħlu għal din l-iskema jridujagħżlu studji li jwasslu għall-ewwel grad (degree) universitarju li jkun ċertifikat mill-MQRIC bħala MQF Livell 6.
Minn dinis-sena, dawk l-istudenti li parti minn dan il-kors iwassal għal kwalifika fuq Livell 5, jingħataw għotja ta’ darba ta’ €1,220.61 meta l-istudent jiggradwa għal din il-kwalifika.
Kullapplikant li jikkwalifika taħt din l-iskema jingħata din l-għajnuna finanzjarja:
1.   Ħlasta’ €83.86 kull erba’ ġimgħat bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ġunju;
2.   Is-sommata’ €465.87 għal kull sena akkademika fejn l-istudji qed iwasslu direttament għall-kwalifika fuq Livell 6;
3.   Is-sommata’ darba ta’ €465.87 pagabbli fl-ewwel sena.
Il-Gvernqed jidentifika numru ta’ oqsma ta’ priorità fejn dawk l-applikanti jagħżlu li jistudjaw dawn is-suġġetti, jieħdu din l-għajnuna finanzjarja:
1.   Ħlasta’ €146.75 kull erba’ ġimgħat bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ġunju;
2.   Is-sommata’ €698.81 għal kull sena akkademika fejn l-istudji qed iwasslu direttament għall-kwalifika fuq Livell 6;
3.   Is-sommata’ darba ta’ €698.81 pagabbli fl-ewwel sena.

Aktar dettalji jinstabu fuq is-sit elettroniku: http://www.education.gov.mt/mgss_ug.htm

F’każ ta’ diffikulta, persuna tista’ tibgħat e-mail fuq ugscholarships.meef@gov.mt  jew iċċempel fuq in-numru 2598 2230.

Dinl-iskema ta’ boroż ta’ studju hi amministrata mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja.
Mill-2007 ’l hawn ibbenifikaw minn din l-iskema 307żagħżugħ u żagħżugħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow