Left arrow Go Back

Il-qasam tal-Edukazzjoni diskuss bejn Malta u l-Kuwait

pr1507
Date Icon 17/08/2010
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Dolores Cristina kellhalaqgħa ma’ Dr. Moudhi Abdulaziz Al-Hamoud, Ministru tal-Edukazzjoni u l-Edukazzjoni Għolja tal-Kuwait, li ġiet Malta flimkien ma’ delegazzjoni għolja mill-Kuwait sabiex jattendu għall-funeral statali tal-President Emeritus Guido de Marco.
Fil-laqgħa li għaliha kien preżenti wkoll ir-Retturtal-Universita’, Prof. Juanito Camilleri kienet diskussa l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-Edukazzjoni.
L-Universita’ ta’ Malta diġa’ tilqa’ fiha madwar 123student mill-Kuwait li qed jagħmlu korsijiet f’Malta fil-qasam tal-mediċina u oqsma oħra.  Dan in-numru mistenni jitla’ għal 155 fis-sena akkademika li se tibda f’Ottubru li ġej billi l-Gvern tal-Kuwait se jagħti aktar scholarships biex studenti minn pajjiżu jkomplu l-istudji għolja tagħhom f’Malta fejn diġa’ bdew jiksbu riżultati tajbin ħafna.
Iż-żewġMinistri tkellmu dwar il-possibilita’ li l-kooperazzjoni ta’ bejniethom tista’ testendi għal oqsma oħra tal-edukazzjoni għolja u anke fl-edukazzjoni primarja u sekondarja.
Il-Ministru Cristina stiednet lill-Ministrutal-Edukazzjoni tal-Kuwait biex tagħmel żjara f’Malta f’mument aktar opportun biex tkun tista’ tara b’għajnejha l-ħidma li qed issir fid-diversi livelli tal-edukazzjoni f’Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow