Left arrow Go Back

STQARRIJA TA’ RINGRAZZJAMENT  MILL-FAMILJA DE MARCO

pr1506
Date Icon 16/08/2010
Nixtiequminn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha, li pubblikament jew privatament, qasmu  magħna s-sentimenti ta’ telfa u niket wara l-mewt tal-maħbub tagħna Guido. Aħna nirringrazzjaw ukoll lill-membri tal-istampa għall-mod professjonali, dinjituż u rispettabbli li bih għamlu d-dover tagħhom.
Jgħiduli ż-żmien ifejjaq. Għall-familja tagħna, din il-mewġa ta’ rispett u mħabba għenitna f’dan iż-żmien diffiċli. Aħna nħossuna magħqudin f’din it-telfa mal-poplu Malti li ħabbu u rrispettah daqshekk. Is-sentimenti espressi matul dawn l-aħħar ġranet enfasizzaw l-imħabba tiegħu bla tarf lejn dan il-pajjiż. Ħafna stqarrew kif għalih il-politika kienet il-mezz biex jintlaħaq skop wieħed: kwalità tal-ħajja aħjar għall-poplu. Ħafna minn dawk li kienu jafuh bħala avukat jew bħala professur universitarju kitbu dwar l-imħabba tiegħu għal-Liġi u dwar kif kien jemmen li s-saltna tad-dritt hi li tagħmilna ħielsa. Hu kien iħobb il-ħajja u għalhekk ried li kull minuta ta’ ħajtu jkun fiha skop. Iżda fuq kollox ħabb lill-poplu.
Ankiwara mewtu, aħna ċerti li jibqa’, kif dejjem ried li jkun, qrib ta’ dawk li jħobb, qrib tagħna lkoll.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow