Left arrow Go Back

DONAZZJONI TA’ RITRATTI LILL-ISPTAR MATER DEI

pr1494
Date Icon 12/08/2010
Il-MaltaInstitute of Professional Photography għamel donazzjonai ta’ 21 ritratt lill-Isptar Mater Dei. L-istitut għamel sejħa lill-membri biex jagħtu donazzjoni. Ma kienx hemm tema partikolari imma riedu jkunu ritratti pożittivi li jagħtu sens ta’ paċi u kalma. Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ l-Onor Joe Cassar, laqgħa d-donazzjoni f’isem l-istaff ta’ Mater Dei u l-poplu Malti u Għawdxi.
F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni il-Ministru Cassar,fil-waqt li rringrazzja lill-Malta Institute of Professional Photography qal, “dawn ir-ritratti mhux biss biex isebbħu imma qed jagħtu messaġġ pożittiv lejn il-kura u s-saħħa. Il-Ministeru rċieva bosta talbiet biex isiru wirjiet artistiċi, ta’ skultura, ritratti eċċ fl-Isptar. Dawn it-talbiet qed jiġu evalwati għall-valur artistiku tagħhom u għall-valur fil-kuntest ta’ sptar. Dan l-interess juri li l-poplu qed iħaddan u jgħożż dan l-isptar u l-ħidma li ssir fieh.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow