Left arrow Go Back

GĦAJNUNA MILL-KUMPANNIJA NAZZJONALI AIR MALTA GĦAR-RESTAWR TA’ KOTBA FIL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI

pr1492
Date Icon 12/08/2010
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpannija nazzjonali tal-ajru Air Malta, Joe Cappello dalgħodu ħabbru inizjattiva ġdida li permezz tagħha l-Air Malta se toffri €1 fuq kull booking li jsir magħha b’mod elettroniku bejn il-lum u t-12 ta’ Settembru biex b’dawn il-flus ikunu restawrati kotba fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Il-Ministru Cristinaqalet li kien ta’ pjaċir u sodisfazzjon għaliha li għat-tieni darba fi żmien tliet xhur, qegħda fil-Bibljoteka Nazzjonali biex tilqa’ għajnuna għall-ħtiġijiet tar-restawr ta’ kotba u dokumenti li jinsabu f’dan il-bini li fih hawn miġbura l-memorja kollettiva ta’ dan il-pajjiż.
Il-kumpannijanazzjonali tal-ajru l-Air Malta, qed tiġi ‘l quddiem biex toffri l-għajnuna tagħha fi proġett kbir, li għandu jkun proġett tal-pajjiż kollu, li hu dak li nsewwu u nippreservaw dokumenti ta’ valur imprezzabbli li jinsabu merfugħa f’dan il-post.
Għalhekk il-Ministrurringrazzjat liċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta li qed joffru din l-għajnuna li s-suċċess tagħha jiddependi ħafna mill-pubbliku li juża s-servizzi tal-kumpannija nazzjonali tal-ajru.
Hi qalet li l-qasamtal-Bibljoteka Nazzjonali u l-Libreriji Pubbliċi f’din l-aħħar sena ngħata spinta oħra ‘l quddiem wara li fil-bidu ta’ din is-sena tnediet kampanja biex inħeġġu aktar nies jagħmlu użu mis-servizzi tal-libreriji li huma mferrxa mal-pajjiż kollu.
Din il-kampanjakienet parti minn pjan ta’ ħidma li sar fil-Libreriji pubbliċi li ra żjieda kemm fin-numru ta’ kotba, kif ukoll fin-numru ta’ dawk li użawhom.
Biżżejjed wieħedjgħid li filwaqt li bejn Jannar u Lulju tal-2009 il-Bibljoteka Nazzjonali akkwistat b’kemm jiswew €1,700 kotba, fl-istess perjodu ta’ din is-sena akkwistat kemm jiswew €5,724 – aktar mit-tripplu.
Għal dak lijirrigwarda l-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana u l-Libreriji Reġjonali, filwaqt li fl-ewwel seba’ xhur tal-2009 inkisbu b’kemm jiswew € 5,312 f’kotba, fl-istess perjodu ta’ din is-sena din in-nefqa sparat għal € 71,000.
In-numru ta’ nies ligħamlu użu mis-servizzi tal-libreriji, din is-sena żdied fuq dak tas-sena li għaddiet, kif żdied ukoll in-numru ta’ kotba mislufa mil-libreriji li fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena tela’ għal 475,725 ktieb misluf.
Sfortunatamentiż-żmien, l-ambjent u elementi naturali oħra, m’humiex l-akbar ħbieb tal-ktieb. Fil-Bibljoteka hemm eluf kbar ta’ kotba u dokumenti, li jmorru lura għal mijiet ta’ snin. Uħud minnhom minħabba l-valur kbir tagħhom u l-istat li jinsabu fih, anqas huma aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali. Oħrajn jistgħu jintużaw biss b’ħafna kura, u l-parti l-kbira ta’ dawn il-kotba u dokumenti għandhom bżonn interventi ta’ restawr, uħud b’mod ħafif u oħrajn b’interventi aktar impenjattivi. Ir-restawr tal-kotba u dokumenti hu xogħol speċjalizzat u jiswa ħafna flus.
Il-Ministru Cristinasostniet li l-materjal miġbur fil-Bibljoteka hu wirt tagħna lkoll u għalhekk irridu nibżgħu għalih ilkoll u ngħinu lkoll mill-aħjar li nistgħu biex ikun preservat. L-inizjattiva tal-kumpannija nazzjonali Air Malta hi ispirata mis-sens ta’ responsabbiltà soċjali li l-kumpannija għandha lejn dak kollu li hu Malti u għalhekk qed toffri l-għajnuna tagħhom fi proġett ta’ restawr ta’ kotba li jinsabu f’dan il-post.
Il-Ministrub’sodisfazzjon innotat li issa huma tnejn l-organizazzjonijiet li daħlu għal dan l-impenn, l-Air Malta u l-Lions Club. Hi ħeġġet aktar għaqdiet, kumpanniji u organizazzjonijiet biex huma wkoll jerfgħu parti mill-piż ta’ dan il-proġett li minnu għandu jgawdi l-pajjiż kollu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow