Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL  GĦAWDEX

pr1489
Date Icon 11/08/2010
L-Oppożizzjoni bi strateġija litagħmel ħsara lill-Għawdxin u lil Għawdex
Il-Ministeru għal Għawdex għaddejb’ħidma qawwija permezz ta’ diversi inizjattivi u proġetti f’oqsma differenti għal ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin.
L-istrateġija tal-Oppożizzjoni,mill-banda l-oħra, hi li fi żmien meta jiżdiedu l-Maltin u t-turisti li jiġu Għawdex, toħroġ stqarrijiet biex tpinġi stampa negattiva ta’ Għawdex. L-istrateġija tal-Oppożizzjoni tagħmel il-ħsara lill-ħaddiema Għawdxin u lill-familji tagħhom u lis-sidien tan-negozji fl-eqqel tal-istaġun turistiku.
Għal darb’oħra il-Ministeru għalGħawdex jiċħad l-allegazzjonijiet infondati kollha tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Anton Refalo.  Il-bidu tal-proġett ta’ Triq tax-Xlendi ħa aktar milli kien mistenni minħabba li kien hemm appell, liema appell ikkonferma li l-proċess ta’ l-għoti tal-kuntratt, kien wieħed trasparenti u mexa skont il-proċeduri.  Madanakollu Anton Refalo ma jinteressahx mill-fatti u jibqa’ jirrepeti l-allegazzjonijiet infondati bit-tama li t-tajn li qed jipprova jitfa’ jeħel.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministerugħal Għawdex diġà ħareġ stqarrija jiċħad dak li qal Anton Refalo u dak li deher f’xi mezzi tal-istampa, u li l-Kelliemi tal--Oppożizzjoni reġa’ rrepeta b’mod żbaljat illum.  F’dik l-istqarrija l-Ministeru għal Għawdex qal li:
“Mhux veru li l-Ministeru qal li “mhubeħsiebu jieħu l-ebda azzjoni kontra l-kuntrattur li laqat kanna kbira tad-drenaġġ fi Triq ix-Xlendi”.  Dak li qed jiġi attribwit lill-MinisteruminnDr Anton Refalo u minn xi gazzetti mhux veru ntqal mill-Ministeru u mhux minnu.  Il-Ministeru spjega li f’dan l-inċident ntlaqat pipe qadim li kellu jinbidel, iżda dan bl-ebda mod ma jfisser li “m’hemmx għalfejn jieħu azzjoni”.  Dr. Anton Refalo qed jasal għal konklużjonijiet żbaljati u jippreżantahom bħala stat ta’ fatt.  Il-Ministeru jesiġi serjetà u accountability minn kull min ikun qiegħed iwettaq proġetti f’Għawdex.  Jistenna li l-obbligi kontrattwali, fosthom dik ta’ responsabbilità jiġu osservati kollha.  Għaldaqstant dwar dan l-inċident jimxi mal-proċeduri stabbiliti u jistenna l-parir tal-avukati biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.”
Minkejja din iċ-ċaħda kategorika,l-Oppożizzjoni tibqa’ tagħżel li tivvinta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow