Left arrow Go Back

FINANZJAMENT EWROPEW JGĦIN FAĊILITAJIET TA’ CHILD CARE TA’ KWALITÀ

pr1484
Date Icon 11/08/2010
Il-Gvern hu impenjatli jkompli jinvesti f’faċilitajiet ta’ child-care ta’ kwalità u se jkompli jieħu inizjattivi biex jgħin lill-privat ikompli jtejjeb il-faċilitajiet tiegħu. Ftit tal-ġimgħat ilu kien inawgurat child care centre fis-Siġġiewi. Iċ-child care centre tal-MCAST kien inawgurat sena ilu wara li fih kienu investiti 128,000 ewro b’85 fil-mija tal-fondi jinkisbu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).
Erba’ entitajietprivati wkoll kienu megħjuna b’fondi Ewropej biex jibdew, jirranġaw jew itejbu l-faċilitajiet ta’ child-care li joffru. Bejniethom dawn ħadu madwar 175,000 ewro u wettqu sitt inizjattivi differenti. L-entitajiet privati huma Child-Jesus Edu-Care, Mickey’s Child Edu Care Centres, Jack and Jill’s, u Pyramids Childcare Centre.
Id-dettalji ngħatawmis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said meta flimkien mal-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja, Stephen Spiteri, żar iċ-child care centre tal-MCAST.
Iċ-child care centretal-MCAST waħdu jiflaħ 25 tifel u tifla fl-istess ħin u jitmexxa fuq l-istandards imfassla mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA). Il-faċilitajiet huma miftuħa għal ulied lecturers, ulied studenti tal-MCAST, kif ukoll għal terzi persuni.
Fir-rigward taċ-childcare centres privati, dawn ibbenefikaw minn skema tal-ERDF li fetħet f’Marzu 2009 u li se tibqa’ miftuħa sal-2013. L-interess kien qawwi tant li oriġinarjament kienu sottomessi 23 proġett.
L-AssistentParlamentari Stephen Spiteri qal li l-edukazzjoni bikrija għandha titqies bħala waħda mill-aktar affarijiet importanti u kruċjali fil-ħajja u fl-iżvilupp tal-bniedem għaliex f’dawn is-snin jitpoġġa l-pedament li fuqu jista’ jinbena futur sod għal kull individwu. Aktar ma t-tfal jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn kmieni f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar ħa jkunu b’saħħithom biex jimxu ‘l quddiem fil-ħajja tagħhom. Stephen Spiteri semma wkoll kif ir-responsabbiltà taċ-child care centres u taċ-ċentri Smart Kids issa għaddiet taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Dan għandu jgħin biex ikun hemm aktar ko-ordinazzjoni u sinerġija mal-kindergartens b’kontinwazzjoni mas-snin tal-edukazzjoni obbligatorja.
Il-Prinċipaltal-MCAST il-Professur Maurice Grech qal li ċ-child care centre iservi żewġ għanijiet: biex joffri l-faċilità ta’ kura u edukazzjoni bikrija lil tfal taħt l-età tal-iskola; kif ukoll biex jitħarrġu l-istudenti tal-Istitut għas-Servizzi fil-Komunita’ tal-MCAST li jieħdu korsijiet fil-kura ta’ tfal ta’ età bikrija.
L-MCAST bħalaistituzzjoni, il-lecturers u l-istudenti tiegħu, diġa gawdew ħafna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif inkisbu total ta’ 20 miljun ewro.
Mill-Fond Ewropewgħall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) inkisbu 6.6 miljun ewro biex saru Ċentru ta’ Taħriġ Multimedjali fl-Istitut għall-Arti u d-Disinn; tkabbru l-Istituti għall-Inġinerija Mekkanika u dak għall-Inġinerija Elettrika u Elettronika; inbena laboratorju tal-Lingwi fl-Istitut għan-Negozju u l-Kummerċ; kienu installati laboratorji tal-ICT fl-Istitut għall-ICT; u kienu installati sorsi ta’ Enerġija Alternattiva fuq il-campus kollu.
Il-Fond SoċjaliEwropew (ESF) qed jiffinanzja tliet proġetti b’investiment totali ta’ 13-il miljun ewro biex fost l-oħrajn jingħataw taħriġ l-istudenti tal-ICT, l-istudenti fl-industrija tal-avjazzjoni u biex jitfasslu professional development programmes għall-membri tal-istaff u għal-lecturers. B’kollox se jkunu gawdew madwar 2,000 ruħ bejn studenti u membri tal-istaff.
Barra minn hekkgħaddejjin it-thejjijiet biex jibda x-xogħol fuq campus ġdid għall-MCAST f’Kordin u li se jsir b’investiment ta’ 50 miljun ewro.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow