AKTAR ENERĠIJA NADIFA MIX-XEMX, INVESTIMENT TA’ €12 – IL MILJUN LI JOĦLOQ IX-XOGĦOL, JĦARES L-AMBJENT U S-SAĦĦA TAN-NIES
pr1483
11/08/2010
| Il-Ministeru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon li sal-ħin tal-għeluq tal-iskema ta’ għajnuna għal xiri ta’ panelli fotovoltajiċi ’l fuq minn 2,000 familja tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. |
| In-numru rekord ta’ | applikazzjonijiet f’din l-iskema jikkonferma kemm il-familji Maltin u Għawdxin lesti li jinvestu u jagħmlu l-parti tagħhom sabiex ilkoll kemm aħna ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar u nħarsu l-ambjent. |
| Kull familja li | applikat għal din l-offerta vantaġġjuża jekk eleġibbli se tkun qed tgawdi minn għotja sa massimu ta’ €3,000 minn fondi taħt il-programm għal-iżvilupp reġjonali tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-applikazzjonijiet mitfugħa jieħdu l-massimu tal-offerta, il-Gvern se jagħti mas-€6 miljun lill-familji u min-naħa tagħhom il-familji jinvestu €6 miljuni oħra. B’kollox se jsir investiment ta’ €12-il miljun. |
| Il-Gvern | jirringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għall-koperazzjoni u l-kontribut tiegħu favur ambjent aħjar. Dawn is-sistemi fuq il-bjut tal-familji Maltin u Għawdxin se jikkontribwixxu wkoll sabiex pajjiżna jilħaq il-miri li għandu biex 10% tal-enerġija li nipproduċu fl-2020 tkun ġejja minn enerġija nadifa. Dan iwassal biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet, ikollna arja aktar nadifa, jinħoloq ix-xogħol u ngawdu minn livell t’għixien aħjar. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990