Left arrow Go Back

71% għaddew mill-aħħar eżami tal-Junior Lyceum

pr1480
Date Icon 11/08/2010
Wara lisaru l-eżamijiet riparatorji għal dawk it-tfal li weħlu minn eżami wieħed tal-Junior Lyceum li sar f’Mejju li għadda, il-perċentaġġ totali tal-istudenti li kisbu suċċess f’dan l-eżami issa tela’ għal 71%.
Dinkienet l-aħħar darba li sar dan l-eżami kif ukoll dak tal-Common Entrance billi mis-sena skolastika li jmiss se jidħol fis-seħħ eżami nazzjonali kif proposta fir-riforma tal-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja.
Fit-30ta’ Lulju 2010 sar l-eżami riparatorju għad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum għal dawk it-tfal li weħlu f’suġġett wieħed fis-sessjoni ta’ Mejju.  Għal dan l-eżami kien hemm 339 applikant li kienu eliġibbli, 138 għall-Matematika u 201 għall-Ingliż.  Minn dawn l-applikanti, kien hemm 7 assenti mill-eżami tal-Matematika u 5 assenti mill-eżami tal-Ingliż. Il-konċessjoni li wieħed jista’ jagħmel eżami riparatorju kienet introdotta mill-Ministru Dolores Cristina s-sena li għaddiet.
Minndawk li qagħdu għall-eżami riparatorju kien hemm 35 li għaddew mill-Matematika u 79 mill-Ingliż.  Dan ifisser li minn total ta’ 339 li qagħdu għall-eżami riparatorju, 114 irnexxielhom jiksbu Pass. Għaldaqstant, il-Pass Rate fl-eżami riparatorju hija ta’ 33.6%.
Metawieħed iżid dawn il-114 li għaddew mill-eżami riparatorju ma’ dawk it-tfal li għaddew mis-sessjoni ta’ Mejju 2009, it-total ta’ tfal li jkunu kisbu suċċess fl-eżami għad-dħul fl-Ewwel Klassi tal-Junior Lyceum għal din is-sena se jilħaq il-figura ta’ 2122. Dan ifisser li, minn 2990 li qagħdu għall-eżami f’Mejju 2010, il-Pass Rate globali laħqet iċ-ċifra ta’ 71%. Dan ifisser ukoll żieda ta’ 3.8% fuq il-Pass Rate ta’ Mejju 2010 li kienet ta’ 67.2%.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow