DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAT-TQASSIM TA’ SCHOLARSHIPS FIL-KREATTIVITÀ, FIL-BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA - IT-TNEJN, 9 TA’ AWWISSU 2010.
pr1470
09/08/2010
1,092 scholarship f’ħames snin. Rekord ta’ 430 scholarship fl-2010. Investiment totali ta’ €9.7 miljun.
| Iċ-ċerimonja tal-lum | tirrikonoxxi t-talent taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-wirja li tellajtu intom it-tlettax-il student li se tispeċjalizzaw f’oqsma differenti tal-arti u d-disinn turi kemm għandna tabilħaqq inkunu kburin b’dak li għamiltu sa issa u bil-potenzjal tagħkom. |
| Il-boroż ta’ studju li | qegħdin nagħtu llum huma sinjal ċar u fil-prattika tal-intenzjoni tagħna li ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna – f’uliedna, u b’mod partikulari fil-kreattività tagħkom. |
| L-inizjattiva tal-lum hija parti minn firxa wiesa’ | ta’ inizjattivi li ħadna fil-Budget 2010 biex nistimulaw l-industrija tal-kreattività. Dan jorbot mal-proġett li qed inwettqu “Viżjoni 2015”. Irridu li nkunu aktar kreattivi f’dak li nagħmlu. Li noħorġu l-ġdid. Meta nżur kumpaniji, min iħaddem ifaħħar il-kapaċità tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li jkunu innovattivi, flessibbli u li jaddattaw għal cirkustanzi u realtajiet ġodda. |
| Fil-budget | għal din is-sena, fi ftit kliem għidna, li l-ħidma tagħna għal 2010 trid tkun “Xogħol - Ninvestu f’Għaqal Fik u fil-Pajjiż”. Dak li qed nagħmlu l-lejla hi inizjattiva oħra fis-sensiela ta’ inizjattivi mwettqa biex noħolqu aktar xogħol u ninvestu aktar f’kull wieħed u waħda minnkom biex tkomplu tagħtu kontribut għal ġid tal-pajjiż. Mill-kreattività u l-ġdid tagħkom, toħolqu l-ġid. |
| L-investiment fil-kreattività huwa investiment | fl-individwu u fil-pajjiż. Huwa investiment fit-talenti u fl-ideat, li huma fihom infushom iż-żerriegħa ta’ prodotti u servizzi ġodda u innovattivi. L-industrija tal-kreattività tħalli impatt dirett fuq l-ekonomija. Toħloq xogħol ġdid ta’ valur miżjud għoli f’għadd ta’ oqsma, fosthom fl-ICT, il-films, l-arti u d-disinn, il-performing arts u oħrajn. Il-kreattività issostni setturi oħra fl-ekonomija bħat-turiżmu, il-manifattura u d-divertiment, u toħloq ambjent ta’ enerġija u entużjażmu li jħalli impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Dawn il-fatturi kollha huma parti integrali mill-Viżjoni 2015. Biex nilħqu livelli ta’ eċċellenza rridu nies kreattivi u professjonali f’kull qasam u f’kull settur tal-industrija. |
| L-industrija tal-kreattività jeħtieġ li tiġi | żviluppata permezz ta’ individwi li ġew imħarrġa professjonalment f’setturi differenti, u li llum u għada jkunu protagonisti f’din l-industrija. Il-fatt li ħloqna skema ġdida ta’ scholarships immirata speċifikament għall-arti u d-disinn ma jfissirx li fil-passat injorajna l-kreattività. Fl-iskemi tal-Malta Government Scholarship Scheme - MGSS u l-iStrategic Educational Pathways Scholarships - STEPS, ingħataw 64 borża ta’ studju li jwasslu għal degrees universitarji f’oqsma differenti tal-arti, id-disinn u l-performing arts. |
| Din l-istruttura ġdida, | fejn illum qed jingħataw 13-il scholarship f’7 dixxiplini differenti, hija importanti għaliex hija ħafna aktar attrezzata għall-bżonnijiet ta’ individwi b’talent. Filwaqt li l-MGSS u STEPS joffru għajnuna lil min jixtieq jieħu degree, din l-istruttura tagħraf li kantant mhux neċessarjament għandu l-O-Levels u l-A-Levels. Żeffiena tajba m’hemmx għalfejn tikseb degree universitarju biex tkompli trawwem it-talent tagħha. |
| Sa ftit | tas-snin ilu kienu l-waħdiet li kienu jgawdu minn xi scholarship offrut minn istituzzjonijiet jew Gvernijiet barranin. Fl-2006 għamilna għażla strateġika. Iddeċidejna li l-Gvern Malti għandu jibda jagħti l-ischolarships liż-żgħażagħ. Iddeċidejna wkoll li parti mill-flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea jiġu investiti fi scholarships għaż-żgħażagħ. Il-proġetti li jsiru b’fondi tal-Unjoni Ewropea m’humiex biss it-toroq, laboratorji, proġetti ambjentali jew skemi għal min iħaddem iżda jinkludu wkoll investimenti fit-tfal permezz ta’ proġetti bejn skejjel differenti, fiż-żgħażagħ permezz ta’ skambji u scholarships u fil-ħaddiema permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ. |
| F’ħames snin, sal-aħħar | ta’ din is-sena, se nkunu tajna 1,092 scholarship liż-żgħażagħ tagħna. Din is-sena biss, se nkunu tajna rekord ta’ 430 borża ta’ studju. Dan ifisser li din is-sena 430 żgħażugħ u żgħażugħa se jkunu qed jispeċjalizzaw u javvanzaw aktar fl-istudji u l-karrieri tagħhom. Dan b’investiment totali ta’ €9.7 miljun. L-investiment fir-riżorsi umani ta’ pajjiżna, fiż-żgħażagħ hu investiment li jrendi. |
| Nifraħ u | nawgura lilkom l-istudenti li se tkomplu tispeċjalizzaw u ttejbu l-ħiliet tagħkom f’dawk it-talenti li rawwimtu u ħaristu tul iż-żmien. Nixtieq nagħti ringrazzjament speċjali lill-ġenituri. It-talent ta’ dawn iż-żgħażagħ ma nibitx illum, iżda hu frott ta’ snin twal ta’ imħabba, għożża u entużjażmu li wrejtu intom il-ġenituri. Uliedna huma l-mimmi t’għajnejna u magħkom nifraħ għal kisbiet li qed jagħmlu uliedkom. Il-Gvern hu impenjat li jkompli joffri aktar opportunitajiet edukattivi u ta’ żvilupp lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-kbar. |
| Lilkom | hawn miġbura, filwaqt li nifirħilkom nawguralkom suċċess għall-futur tagħkom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990