Il-President u s-Sinjura Abela jospitaw il-Ballu tal-Qamar t’Awissu, b’risq il Malta Community Chest Fund, fil-Palazz ta’ Verdala
pr1464
08/08/2010
| Il-Ballu tal-Qamar | t’Awissu. jew kif inhu maghruf ahjar, The Ball of The August Moon, attivita’ ohra organizzata mill-Malta Community Chest Fund, il-bierah gibed madwar elf ruh lejn il-Palazz tal-Verdala gewwa l-Buskett. |
| Il-President George | Abela rringrazzja lil dawk kollha li attendew, u qal li dawn l-attivitajiet li jigu organizzati mill-Malta Communtiy Chest Fund jkomplu jaghtu iktar ghajnuniet ta’ kuljum lil dawk il-persuni li jigu fl-ufficini ta’ L-MCCF ghall-htigijiet differenti, liema htigijiet jammontaw ghal aktar minn mitt elf ewro fix-xahar. Temm jirringrazzja lill poplu Malti u Ghawdxi kollu ta’ kemm jikkonkori bi hgaru ghall-attivitajiet li torganizza l-Malta Community Chest Fund. Fil-fatt il-Ballu kien ilu mibjugh sa minn gimghatejn qabel l-attivita’ innifisha. |
| Il-President Abela | sellem wkoll lil President Emeritu Prof. Guido De Marco u awguralu fejqan ta’ malajr. |
| Justin Zammit Tabona, | li din is-sena kien ic-chairman tal-kumitat organizzativ tal-Ballu, rringrazzja lil dawk li attendew u wkoll lil dawk il-kumpaniji li taw sapport sabiex il-ballu seta’ jkun success. Irringrazzja wkoll lil President u lis-Sinjura Abela li minbarra il-partecipazzjoni shiha f’kull laqgha, kienu jkunu minn ta’ quddiemu biex ixammru l-kmiem ghall-hidma. |
| The Ball of the | August Moon sar gewwa l-Palazz tal-President ta’ Malta gewwa l-Verdala, li ghall-okkazjoni gie mdawwal u mzejjen bi bnadar u bandalori .L-attivita’ ssir fil-gonna, izda l-mistednin jkollhom wkoll ic-cans li jidhlu fil-Palazz sabiex igawdu dan il-Patrimonju Malti. |
| Fl-attivita’ ppartecipat | il-Banda tal-Forzi Armati kif wkoll il-Kavallerija tal-Pulizija u l-banda taghhom. Is-serata kienet akkumpanjata mill-brass band popolari Versatile, li zammet kumpanija ta’ muzika allegruza matul il-ballu li gie fi tmiemu ghall-habta tas-saghtejn ta’ fil-ghodu. |
| L-attivita’ li jmiss | tal-Malta Community Chest Fund hija Rockestra li se tittella’ gewwa it-tinda tal-MFCC, f’Ta Qali, nhar is-Sibt, 11 ta’ Settembru. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990