Left arrow Go Back

Żieda ta’ 2,500 tunnellata ta’ skart riċiklabbli fl-ewwel sitt xhur tas-sena

pr1449
Date Icon 06/08/2010
Ir-residenti ta’ Ħ’Attard jibqgħu l-aktar lijirriċiklaw skart ras għal ras
BejnJannar u Ġunju ta’ din is-sena, il-Maltin u l-Għawdxin isseparaw 7,700 tunnellata ta’ skart. Dan ifisser żieda ta’ 2,500 tunnellata ta’ skart riċiklabbli li kien separat fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Ċifri lingħataw mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said, waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ħ’Attard u li matulha tnediet EKO FESTA 2010, juru li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena nġabru 4,500 tunnellata ta’ skart separat permezz tal-borża l-griża. Tul l-istess perjodu nġabru 3,200 tunnellata ta’ skart mill-bring-in sites.
ChrisSaid qal li l-komunita’ ta’ Ħ’Attard qed jirnexxielha timplimenta l-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart b’suċċess tant li r-residenti ta’ din il-lokalita’ jisseparaw 0.78 kg ta’ skart riċiklabbli kull wieħed fil-ġimgħa. Dan ifisser aktar mid-doppju tal-medja nazzjonali. Hu stmat li f’Ħ’Attard, kull ġimgħa, jinġabru medja ta’ 2.5 tunnellati ta’ ħġieġ, 4.9 tunnellati ta’ karta, 3.4 tunnellati ta’ plastik u tunnellata ta’ metall.
ChrisSaid faħħar is-sens ta’ responsabbilta’ ċivika li l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard qed jirnexxielu jdaħħal fost ir-residenti, bl-għajnuna anki tal-kumpanija Greenpak.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem ukolldwar l-Iskema Lokalitajiet Indaf li permezz tagħha l-Gvern qed jgħaddi fondi addizzjonali lill-Kunsilli Lokali b’tali mod li jieħdu inizjattivi favur l-indafa. Fl-2009, 37 Kunsilli Lokali ingħataw fondi permezz ta’ din l-iskema. Din is-sena applikaw 49 Kunsill Lokali u sitt Kumitati Amminstrattivi. L-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu evalwati.
Il-ViċiSindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina ta d-dettalji dwar EKO FESTA 2010, inizjattiva organizzata mill-Kunsill Lokali u li se ssir fil-ġranet tal-Festa ta’ Santa Marija bejn it-13 u l-15 ta’ Awwissu.
StefanCordina spjega li peress li fil-jiem tal-festa jiġi ġġenerat ħafna aktar skart mis-soltu, b’mod partikolari fliexken tal-plastik, tal-ħġieġ u bottijiet tal-metall, il-Kunsill Lokali u l-iskema Greenpak qed jorganizzaw rwieħhom biex ħafna minn dan l-iskart ikun separat u finalment riċiklat. Greenpak se tipprovdi reċipjenti għall-iskart riċiklabbli lil diversi każini, bars, għaqdiet u ħwienet fiċ-ċentru ta’ Ħ’Attard. Barra minn hekk l-għaqdiet se jingħataw informazzjoni dwar x’materjali għandhom jintefgħu fil-kontenituri rispettivi bħala parti minn kampanja edukattiva li għaddejja b’mod regolari.
Il-ViċiSindku Cordina qal li f’Ħ’Attard il-kumpanija Greenpak qed tkun strumentali bil-kampanja edukattiva tagħha u  bil-provvista ta’ diversi kontenituri ghall-ħġieġ sabiex taqdi t-talba qawwija għas-separazzjoni tal-ħġieġ. Qabel l-introduzzjoni ta’ dawn il-kontenituri, Ħ’Attard kien jirkupra medja ta’ 735 kg ta’ ħġieġ fil-ġimgħa. Bl-estensjoni tas-sistema l-ġdida, dan l-ammont tela’ għal medja ta’ aktar minn żewġ tunellati u nofs (2,600kg) fil-ġimgħa.
Ekofesta2010 hi waħda minn ħafna inizjattivi li jagħmlu lil Ħ’Attard l-aktar lokal li huwa konxju u responsabbli għall-iskart li jiġġenera. Dawn ir-riżultati qed jinkisbu grazzi għall-kampanja ta’ informazzjoni li għaddejja b’mod regolari u li tinvolvi kitbiet fir-rivista maħruġa mill-Kunsill Lokali, ittri u avviżi mibgħuta lir-residenti.
Waqtil-konferenza tal-aħbarijiet il-Kap Eżekuttiv ta’ Greenpak Mario Schembri stieden formalment lill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard biex jipparteċipa fil-Pro Europe Congress 2010 li se jsir fi Brussell f’Ottubru li ġej. F’dan il-Kungress, bit-tema “Green Dot 2010: Green Economy in Action”, se jkunu diskussi l-immaniġġjar tal-iskart u r-riżorsi mill-perspettiva politika u anki tan-negozji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow