Left arrow Go Back

SKOLA SAJF  TIPPROMWOVI L-IMĦABBA LEJN L-ANNIMALI

pr1441
Date Icon 05/08/2010

L-Onor. Stephen Spiteri, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, dal-għodu attenda għall-Animal Awareness Day li saret fl-iskola primarja taż-Żejtun, bħala parti mill-attivitajiet ta’ SkolaSajf.

Għal dinl-okkażjoni t-tfal li jattendu dan iċ-Ċentru ħejjew poeżiji u play qasira bit-tema tal-imħabba lejn l-annimali.
F’kelmtejn li għamel l-Assitent Parlamentari StephenSpiteri tkellem dwar il-ġid li l-annimali jagħmlu kemm lill-ambjent kif ukoll lill-bniedem u saħaq dwar l-importanza li nuru mħabba lejn dawn il-ħlejjaq u ma naħqruhomx u anqas inħallu lil min jaħqarhom.  Stephen Spiteri qal li l-annimali domestiċi huma l-ħbieb tal-bniedem u f’ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għalih.  Hu enfasiżża mat-tfal li jekk ma jkunux lesti li jieħdu ħsiebhom u jħobbuhom ma għandhomx jaċċettaw annimali bħala pets.
Preżentigħaċ-ċerimonja kien hemm ukoll is-Sur George Borg, Direttur għas-Servizzi tal-Istudenti fid-Direttorat tal-Edukazzjoni u  s-Sur Salvu Saliba, Koordinatur ta’ SkolaSajf.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow