Left arrow Go Back

Iżjed intrapriżi żgħar igawdu minn fondi tal-E.R.D.F.

pr1440
Date Icon 05/08/2010
Mijiet ta’ intrapriżiżgħar u medji (SMEs), jinsabu fi stadji differenti fil-proċess li jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex jagħtu stimolu, u inċentiv għall-investiment.  Dawn il-fondi qed jippermettu bosta kumpaniji jagħmlu l-pass li jmiss, biex joħolqu proġetti ġodda, u jikkompetu fi swieq ġodda.
Seamless Limited hijawaħda minn dawn il-kumpaniji li fl-aħħar sentejn kabbret l-operat tagħha biex illum qed tħares lejn is-swieq tal-Afrika ta’ Fuq.  Din il-kumpanija fl-aħħar xhur ibbenefikat minn madwar €30,000 mill-fond Ewropew ghall-Izvilupp Reggjonali (European Regional Development Fund – ERDF) grazzi għall-iskema Start-up Grant Scheme li hija parti mill-programm 20 million for Industry,  imħaddem mill-Malta Enterprise.
‘L-enerġija ta’intrapriża żagħżugħa flimkien ma’ investiment kontinwu iwasslu għal storja ta’ suċċess’.  Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi waqt żjara li ghamel illum fil-fabbrika tal-kumpanija Seamless fiż-żona industrijali tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi.
Huwa saħaq li Seamlesshija eżempju ieħor ta’ kif il-Gvern permezz tal-fondi ERDF qed jidħol bi sħab ma’ intrapriżi differenti, għal proġetti li jippermettulhom jistabbilixxu ruħhom fil-ġeneri tagħhom.  Huwa kompla li din il-kumpanija kienet kapaċi issib u tiżviluppa n-niċċa tagħha tul l-aħħar snin.  Illum din il-kumpanija wasslet f’punt fejn qed tħares lejn opportunitajiet ġodda lil hinn minn xtutna.
Is-SegretarjuParlamentari Azzopardi saħaq li s-settur intraprenditorjali ta’ pajjiżna huwa mogħni bi kreattivita’ u enerġija li sservi ta’ mutur importanti għall-ekonomija tagħna.  Flimkien ma’ investiment kostanti, dan jirriżulta fi tkabbir u suċċess għas-settur SME ta’ pajjiżna.
L-Onor. JasonAzzopardi għamel referenza ukoll għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża li mexxa l-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech il-ġimgħa li għaddiet.  Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari għamel preżentazzjoni fuq l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, liema Att ser iwassal ghal legiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjżina.
Fostl-oħrajn, dan l-Att ser ikun qed jipprovdi għat-twaqqif ta’ korp konsultattiv dedikat speċifikament għall-intrapriża li jassisti l-Gvern fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għal dan il-qasam.
L-Attdwar in-Negozji ż-Żgħar ser iwaqqaf ukoll kulleġġ ta’ regolaturi li jagħti pariri lill-Gvern dwar il-politika regolatorja għas-settur.  Fost l-oħrajn, dan il-kulleġġ ser ikollu l-għan li jnaqqas burokrazija żejda speċjalment għan-negozji l-iżjed żgħar, kif ukoll iwassal għal armonizzazzjoni bejn is-servizzi li jużaw dawn l-intrapriżi.  Dan ser iwassal għal amministrazzjoni aħjar permezz ta’ inqas burokrazija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow