Left arrow Go Back

Stqarrija tal-Ministeru għal Għawdex

pr1436
Date Icon 04/08/2010
Risposta għall-istqarrija maħruġa mid-deputattal-Oppozizzjoni,  Marie-Louise Coleiro-Preca
B’riferenza għal dak li ntqal fl-istqarrija msemmija,il-Ministeru għal Għawdex qed jikkoreġi l-inkorrettezzi li għalihom irreferiet il-kelliema. Dak li ġara fix-Xlendi nhar it-Tnejn filgħaxija ma’ kienx żbroff tad-drenaġġ iżda kien aċċident li seħħ waqt li kienu għaddejjin xogħlijiet marbuta mall-proġett tal-bini mill-ġdid tat-triq prinċipali tax-Xlendi. Dettalji ta’ dak li seħħ ġew mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex fi stqarrija maħruġa nhar it-Tlieta, 3 ta’ Awissu 2010, fejn ġie spjegat kif wara li ntlaqat rising main antik tad-drenaġġ bdiet ħidma koordinata mill-Ministeru u entitajiet oħra biex tiġi rranġata l-ħsara u jiġi evitat kull inkonvenjent, kemm għar-residenti kif ukoll għall-istabilimenti li joperaw f’dan il-lokal.
Il-kelliemaikkritikat il-fatt li l-pulizija avżat lit-turisti Maltin u barranin li kienu jgħumu filwaqt li qalet li dan ġara għax ma hemmx ‘pjan infrastrutturali bażiku’. Il-Ministeru għal Għawdex jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rising main li ntlaqat huwa main użat mis-sistema li tidderieġi d-drenaġġ kollu ta’ Għawdex lejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ  ġewwa Ras il-Ħobż. Proġett li sewa €7.2 miljun u li permezz tiegħu d-drenaġġ ġġenerat f’Għawdex qed jiġi ttrattat,  bir-riżultat li l-kosta madwar Għawdex hija aktar nadifa b’titjib fl-ambjent u baħar aktar nadif għat-tgawdija tal-poplu.
Il-fattli t-triq tax-Xlendi qed tinbena mill-ġdid ukoll huwa xhieda tal-pjan infrastrutturali tal-Gvern għal Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex kellu okkażjoni jispjega darba wara oħra kif numru ta’ appelli fil-proċess ta’ l-għoti ta’ l-offerti kkawża dewmien mhux previst u li minħabba f’hekk ix-xogħol beda aktar tard milli maħsub.  Il-Ministeru għal Għawdex ħaseb ukoll biex jassigura rotta alternattiva li tgħaddi mill-Munxar u li qed taqdi b’mod tajjeb ħafna l-funzjoni ta’ aċċess għax-Xlendi.  Barra minhekk il-bini mill-ġdid tat-triq prinċipali jinkludi xogħlijiet infrastrutturali qawwija fir-rigward tas-servizzi mogħddija fosthom dik marbuta mas-servizzi tad-drenaġġ. Diġà sar bdil ta’ katusi qodma kif ukoll ġew imqabbda servizzi ġodda u ser ikompli għaddej xogħol simili matul it-triq kollha. Minbarra dan ser tiġi nstallata sistema ta’ lqugħ ta’ l-ilma tax-xita minħabba l-volum ta’ ilma tax-xita li jgħaddi minn din it-triq.
Filwaqt li jikkundanna stqarrijiet li ma humiexibbażati fuq il-fatti, il-Ministeru għal Għawdex isostni l-impenn tiegħu dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi li jkomplu jsaħħu l-infrastruttura f’Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow