Left arrow Go Back

JOB CENTRE ĠDID TAL-ETC F’BIRKIRKARA

pr1435
Date Icon 04/08/2010
Bħalaparti mill-isforzi tagħha biex iżżid il-kuntatt mal-klijenti, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tagħti s-servizzi tagħha minn job centre ġdid fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara.
Il-jobcentre il-gdid fil-qalba ta’ Birkirkara se jagħti s-servizzi li jingħataw minn job centres oħra tal-ETC, fosthom assistenza, informazzjoni u pariri lil dawk li jirreġistraw għax-xogħol u lil persuni oħra li qed ifittxu xogħol.  Informazzjoni fuq id-diversi skemi tal-impjiegi immaniġjati mill-Korporazzjoni, kif ukoll informazzjoni fuq l-għażla vasta ta’ programmi ta’ taħriġ se tingħata lill-klijenti minn employment advisor professjonali.
L-ETCgħandha ħames job centres oħra li jinsabu fil-Belt Valletta, fil-Birgu, fil-Mosta, fil-Qawra u fir-Rabat, Għawdex.  Il-job centre il-gdid ta’ Birkirkara se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar ta’ Tlieta u Ħamis mit-08:30hrs sa 12:30hrs.  Dawk il-persuni li ma jistgħux iżuru dan il-job centre f’dawn il-ġranet jistgħu jmorru fl-eqreb job centre fi Triq Sant’Anna, il-Mosta, li jkun miftuħ kuljum.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow