Xogħlijiet f’448 triq f’47 lokalita`
| Fit-tnax-il xahar li ġejjin se jkunu qed isiru | xogħlijiet f’448 triq lokali f’47 lokalita` differenti madwar il-gżejjer Maltin b’investiment totali ta’ 13.5 miljun ewro. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru taħt tliet skemi differenti mfassla mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Ir-rwoli tal-Kunsilli Lokali u f’ċerti każi anki tas-settur privat se jkunu essenzjali biex isir ix-xogħol. |
| Id-dettalji ngħataw waqt żjara li s-Segretarju | Parlamentari Chris Said għamel fuq il-lant tax-xogħol fl-Imqabba fejn bħalissa qed jitlestew ix-xogħlijiet f’numru ta’ toroq. Hu intlaqa’ mis-Sindku tal-Imqabba Noel Galea u mill-kunsillieri tal-lokalita`. L-Imqabba hi waħda mis-47 lokalita` li qed igawdu minn dawn l-iskemi u b’kollox fiha se jsiru 29 triq. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega li 202 | toroq f’26 lokalita’ se jkunu qed isiru taħt l-Iskema ta’ Sħubija bejn il-Gvern, il-Gvern Lokali u l-Privat (Public-Private Partnership). Ix-xogħlijiet taħt din l-iskema se jiswew madwar seba’ miljun ewro u l-Gvern se jkun qed joħroġ parti sostanzjali mill-ammont finali. |
| 185 triq | fi 33 lokalita` se jkunu qed isiru mill-Kunsilli Lokali nfushom. Ix-xogħlijiet se jitħallsu mill-allokazzjoni diretta li l-Kunsilli Lokali jirċievu mingħand il-Gvern. Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li din is-sena l-Gvern ħaseb li jalloka somma ta’ flus speċifika lil kull Kunsill Lokali biex tintefaq f’xogħlijiet fit-toroq. Din is-somma, li b’kollox tammonta għal 5.2 miljun u hi ekwivalenti għal 17 fil-mija tal-allokazzjoni finanzjarja diretta li rċevew il-Kunsilli Lokali fl-2010, tista’ tintuża biss għal xogħlijiet fit-toroq. |
| Minbarra | dawn iż-żewġ skemi l-Gvern identifika tliet lokalitajiet biex magħhom iħaddem proġett pilota u li permezz tiegħu isiru b’kollox 61 triq b’investiment ta’ 1.3 miljun ewro. Permezz ta’ dan il-proġett pilota, il-lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi se jsiru lokalitajiet b’qafas ta’ toroq mibni u lest minn kollox. It-toroq li se jsiru fis-Swieqi permezz ta’ dan il-proġett pilota jinsabu kollha fil-Madliena. |
| Ma’ din | l-istqarrija qed tkun pubblikata l-lista ta’ lokalitajiet li fihom se jsiru x-xogħlijiet bl-ammont ta’ toroq f’kull lokalita`. |
Lokalita' | Total | Lokalita' | Total |
Valletta | 1 | Ħal Luqa | 18 |
Il-Birgu | 3 | Il-Marsa | 2 |
L-Isla | 15 | Marsaskala | 20 |
Haż Żabbar | 28 | L-Imġarr | 9 |
Iż-Żejtun | 12 | Il-Mosta | 5 |
Ħ'Attard | 8 | L-Imqabba | 29 |
Birkirkara | 8 | L-Imsida | 5 |
Birżebbuga | 5 | Il-Munxar | 1 |
Ħad Dingli | 5 | In-Nadur | 13 |
Il-Fgura | 4 | In-Naxxar | 14 |
Il-Floriana | 3 | Paola | 1 |
Il-Fontana | 10 | Tal-Pieta' | 13 |
Il-Gudja | 2 | Il-Qrendi | 7 |
Il-Gżira | 5 | San Ġiljan | 15 |
Għajnsielem | 3 | San Ġwann | 2 |
L-Għarb | 4 | San Lawrenz | 2 |
Ħal Għargħur | 6 | San Pawl il-Baħar | 57 |
Ħal Għaxaq | 31 | Santa Luċija | 3 |
Il-Ħamrun | 2 | Santa Venera | 10 |
L-Iklin | 5 | Is-Swieqi | 24 |
Il-Kalkara | 6 | Ix-Xewkija | 6 |
Ta' Kerċem | 5 | Iż-Żebbug | 3 |
Ħal Kirkop | 11 | Iż-Żurrieq | 4 |
Ħal Lija | 3 | ||
It-tabella li jmiss tinkludi t-toroq lokali kollha li se jsiru, lokalita` b’lokalita`.
Lokalita' | Total | Lokalita' | Total |
Valletta | 1 | Ħal Luqa | 18 |
Il-Birgu | 3 | Il-Marsa | 2 |
L-Isla | 15 | Marsaskala | 20 |
Haż Żabbar | 28 | L-Imġarr | 9 |
Iż-Żejtun | 12 | Il-Mosta | 5 |
Ħ'Attard | 8 | L-Imqabba | 29 |
Birkirkara | 8 | L-Imsida | 5 |
Birżebbuga | 5 | Il-Munxar | 1 |
Ħad Dingli | 5 | In-Nadur | 13 |
Il-Fgura | 4 | In-Naxxar | 14 |
Il-Floriana | 3 | Paola | 1 |
Il-Fontana | 10 | Tal-Pieta' | 13 |
Il-Gudja | 2 | Il-Qrendi | 7 |
Il-Gżira | 5 | San Ġiljan | 15 |
Għajnsielem | 3 | San Ġwann | 2 |
L-Għarb | 4 | San Lawrenz | 2 |
Ħal Għargħur | 6 | San Pawl il-Baħar | 57 |
Ħal Għaxaq | 31 | Santa Luċija | 3 |
Il-Ħamrun | 2 | Santa Venera | 10 |
L-Iklin | 5 | Is-Swieqi | 24 |
Il-Kalkara | 6 | Ix-Xewkija | 6 |
Ta' Kerċem | 5 | Iż-Żebbug | 3 |
Ħal Kirkop | 11 | Iż-Żurrieq | 4 |
Ħal Lija | 3 | ||
Il-lista tat-toroq residenzjali li fihom se jsir ix-xogħol tinsab fuq is-sit tad-DOI http://www.doi.gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990