Left arrow Go Back

MINN MICRO-ENTERPRISE GĦAL KUMPANIJA LI TĦADDEM 23 RUĦ – STORJA TA’ SUĊĊESS B’FONDI EWROPEJ

pr1429
Date Icon 03/08/2010
Il-kumpanijaUntangled Media hi waħda minn mijiet ta’ kumpaniji li ħatfu l-opportunitajiet u użaw il-fondi Ewropej b’suċċess biex kibru, impjegaw aktar ħaddiema u issa qed jimirħu wkoll ’il bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin.
Untangled Media, litopera fil-qasam tal-web mastering u web development bdiet sentejn ilu bi tmien impjegati. Fix-xhur li għaddew ibbenefikat minn €100,000 mill-fondi ERDF grazzi għall-iskema Small Start-up Grant Scheme li hu parti mill-programm 20 million for Industry imħaddem mill-Malta Enterprise. Grazzi għal dawn il-fondi żiedet l-impjegati għal 23 u minn micro-enterprise kibret u qed tagħmel suċċess.
Id-dettaljitas-suċċess tal-kumpanija ngħataw waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Djalogu Pubbliku Chris Said għamlu fil-kumpanija li tinsab Ta’ Xbiex.
Jason Azzopardi qalli Untangled Media hija waħda fost bosta kumpaniji ta’ daqsijiet differenti li fl-aħħar xhur ikkwalifikaw u qed jibbenefikaw mill-fond ERDF, liema fond huwa iddiżinjat biex jgħin l-intraprendituri żgħar u medji tagħna jkabbru l-operat tagħhom permezz ta’ investiment u proġetti ġodda. Permezz ta’ dawn il-fondi, din il-kumpanija ser tkabbar l-operat tagħha u tħares lejn is-swieq Ewropej u dawk tal-Afrika ta’ Fuq.
Is-SegretarjuParlamentari Azzopardi saħaq li is-settur intraprenditorjali ta’ pajjiżna huwa mogħni bi kreattivita’ u enerġija li sservi ta’ mutur importanti għall-ekonomija tagħna. Flimkien ma’ investiment kostanti, dan jirriżulta fi tkabbir u suċċess għas-settur SME ta’ pajjiżna.
Jason Azzopardigħamel riferenza għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriża li mexxa l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech il-ġimgħa li għaddiet. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi għamel preżentazzjoni fuq l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, liema Att ser iwassal għal legiżlazzjoni aħjar għan-negozji żgħar u medji f’pajjżina. Fost l-oħrajn, dan l-Att ser ikun qed jipprovdi għall-introduzzjoni ta’ SME test, li trid tgħaddi minnu kull liġi ġdida li jkollha impatt fuq l-SMEs, biex jiġi żgurat li ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-intrapriżi speċjalment żgħar.
Din il-liġi sertipprovdi ukoll għal perjodu ta’ xaharejn (stand-still), bejn il-pubblikazzjoni ta’ kull liġi ġdida li teffetwa l-SMEs u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ guidelines user friendly tal-liġi li teffetwa l-SMEs, biex jispejagaw x’inhu mistenni mill-operaturi.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said qal li n-negozji żgħar u medji qed jirnexxilhom jaħtfu l-opportunitajiet li qed toffrilhom l-Unjoni Ewropea. Fis-sentejn li għaddew f’Malta u f’Għawdex 396 SME kisbu bejniethom madwar 25 miljun ewro permezz tal-inizjattiva 20 million for industry imħaddma mill-Malta Enterprise. Din l-iskema tinvolvi fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea.
L-aktar skemapopolari hi dik dwar l-Enerġija li minnha bbenefikaw 149 SME u li bejniethom ħadu disa’ miljun ewro. 80 SME ħadu ħames miljun ewro bejniethom mill-iskema dwar il-kompetittivita’ internazzjonali; 61 SME ħadu 2.5 miljun ewro bejniethom fl-iskema tal-E-Business; filwaqt li 53 SME ħadu erba’ miljun ewro bejniethom mill-iskema dwar l-Innovazzjoni.
Chris Said qal li dankollu juri kif l-SMEs qed jagħrfu l-importanza li jakkwistaw fondi Ewropej għax permezz tagħhom ikunu jistgħu jwettqu proġetti li kieku mhux neċessarjament jagħmlu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow