Malta tingħata prominenza f’rivista ferm popolari fil-Polonja
pr1428
03/08/2010
| Ir-rivista popolari Niedziela (Il-Ħadd) li | tigi ppubblikata fil-Polonja, tat prominenza kbira lil Malta bħala destinazzjoni turistika ta’ storja, reliġjon u kultura. Il-faċċata ta’ quddiem u żewġ paġni bil-kulur fuq ġewwa taw informazzjoni u promozzjoni importanti fuq pajjiżna. Fil-faċċata ta’ quddiem tar-rivista, ġie ppubblikat ritratt bil-kulur tal-Port il-Kbir, li jagħti prominenza lill-Belt Kapitali, fil-waqt li fil-paġni ta’ ġewwa, insibu żewġ paġni b’informazzjoni dwar Malta bħala destinazzjoni turistika u kulturali. Din ir-rivista hija waħda mill-iktar popolari fil-Polonja. |
| L-Ambaxxata li Malta fetħet is-sena li għaddiet | f’Varsavja, immexxija mill-Ambaxxatur Godwin Montanaro, kienet kruċjali sabiex jinbnew il-kuntatti neċessarji u jsiru artikli simili. L-artiklu jitkellem dwar dak kollu li toffri Malta bħala destinazzjoni turistika, fosthom ix-xemx, il-klima, l-istorja, l-ospitalita’, is-servizzi turistiċi li joffri pajjiżna, kif ukoll il-prodott tajjeb turistiku li jħabbata mal-aqwa destinazzjonijiet fl-Ewropa. |
| Bħala | ġurnal kattoliku li jagħti importanza lit-tradizzjonijiet reliġjużi, l-artikolista ta ħarsa estensiva lejn l-istorja ta’ Malta, fosthom lill-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-ħakma Ingliża, u l-influwenza Taljana fuq pajjiżna; kif ukoll l-istorja riċenti li sawret pajjiżna bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u d-dħul fiz-zona ewro. |
| Tissemma | wkoll it-tradizzjoni kattolika ta’ Malta, fosthom iż-żjarat li għamel il-Papa Ġwanni Pawlu II f’pajjiżna u l-aħħar żjara tal-Papa Benedittu XVI. L-artiklu jgħalaq bi promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika speċjalment dik reliġjuża. |
| Attwalment jeżistu titjiriet diretti bejn Malta u | l-Polonja. Linji tal-Ajru Low Cost joffru titjiriet, darbtejn fil-ġimgħa lejn l-Ajruport ta’ Krakovja, filwaqt li l-Linja Nazzjonali Airmalta toffri minn zmien għall-ieħor titjiriet lejn il-Polonja. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990