Left arrow Go Back

92% tal-istudenti tad-Drama Centre kisbu Distinction fl-eżamijiet tal-London Academy

pr1415
Date Icon 30/07/2010
Għall-ewwel darba din is-sena, studenti li jattendufiċ-Ċentru tad-Drama għamlu l-eżamijiet tal-London Academy u kisbu riżultati tajbin ħafna.
Infattikien hemm 18-il student/a li għamlu eżami għal Certificate in Performing Arts u Diploma in Performing Arts tal-London Academy of Arts. Dawn kisbu riżultati eċċellenti tant li 92% minnhom kisbu Distinction.
Dawnir-riżultati huma rikonoxxuti mill-Malta Qualifications Council .
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina filwaqtli ferħet lil dawn l-istudenti għar-riżultati miksuba awgurat li jkun hemm fosthom li jkomplu jispeċjaliżżaw f’dan il-qasam artistiku.
Hifakkret li biex jgħin studenti bħal dawn, aktar kmieni din is-sena il-Gvern ħareġ skema ta’ Boroż ta’ Studju fl-Arti u fil-fatt aktar tard dan ix-xahar se jitħabbru l-ewwel 13-il persuna li se jibbenefikaw minn dawn il-Boroż ta’ Studju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow