Left arrow Go Back

FTUĦ TAĊ-ĊENTRU GĦALL-ĦARSIEN TAT-TFAL ID-DENFIL: IL-GVERN IKOMPLI JINVESTI FL-EDUKAZZJONI BIKRIJA

pr1411
Date Icon 29/04/2010
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Dolores Cristina dal-għodu inawgurat –ID-DENFIL – Ċentru għall-Ħarsien u l-Kura tat-Tfal li jinsab fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi u saħqet li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jinvesti u jsaħħaħ is-settur tal-edukazzjoni bikrija.
Il-Ministru qalet lil-edukazzjoni bikrija titqies bħala waħda mill-aktar fażijiet importanti u kruċjali fil-ħajja u fl-iżvilupp tal-bniedem għax f’dawn is-snin jitpoġġa l-pedament li fuqu jista’ jinbena futur fis-sod għal kull persuna. Aktar mat-tfal tagħna jibdew il-mixja edukattiva tagħhom minn kmieni f’ambjent ta’ ħarsien u kura, aktar se jsibu f’ħajjithom.
Il-Gvern jemmen lipajjiżna jixraqlu investiment b’saħħtu f’dan il-qasam. Ċentri ta’ kwalita’ huma opportunita’ għal uliedna biex jiżviluppaw b’mod san minn eta’ bikrija. Iservu wkoll biex tiżdied ir-rata tan-nisa fl-impjieg għax ikunu jistgħu jagħmlu dan b’rashom mistrieħa li wliedhom qed jingħataw l-attenzjoni li għandhom bżonn f’ambjent li jagħmlilhom il-ġid u jgħinhom jimxu ‘l quddiem.
Għaldaqstant il-Gvernhu mpenjat li jiżgura li f’Malta jkun hawn servizz ta’ kura tat-tfal ta’ kwalita’, li fl-istess ħin ikun affordabbli wkoll.
F’dawn l-aħħar sninil-Gvern investa bis-sħiħ f’dan il-qasam. • Ħoloq l-uffiċċju ta’ Regolatur ta’ dan is-servizz. • Kienu żviluppati standards għolja għal dawn iċ-Ċentri li jekk ma jintlaħqux, ma jiġux reġistrati. • Kienu mnedija wkoll numru ta’ skemi u inċentivi biex ngħinu lil dan il-qasam ikompli jiżviluppa.
Il-Ministru Cristinaqalet li issa r-responsabbilita’ ta’ dawn iċ-ċentri u taċ-Ċentri SmartKids, issa għaddiet taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi li l-lum għandha Chairperson ġdid fil-persuna tas-Sur Albert Bell. Dan il-passaġġ tar-responsabbilta’ għall-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi sar għaliex il-viżjoni tal-Gvern hi li għandu jkun hemm aktar koordinament u aktar sinerġija bejn dawn iċ-ċentri u l-kindergartens b’kontinwazzjoni mas-snin tal-edukazzjoni obbligatorja. B’hekk il-Gvern ikun qed jiżgura li jagħti lit-tfal l-opportunita’ li jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi meħtieġa permezz ta’ programmi ta’ kwalita ta’ educare; u li t-tranżizzjoni minn din il-fażi għal fażijiet l-oħra edukattivi ssir mingħajr skossi.
Dan is-servizz huwieħed speċjalizzat għax għalkemm l-iskop prinċipali taċ-ċentri SmartKids huwa dak ta’ childcare, dawn iċ-ċentri joffru servizz komplut bi programmi li jindirizzaw ukoll id-diffikultajiet li tkun għaddejja minnhom il-familja u huma primarjament immirati biex jagħtu appoġġ u jgħinu fit-tisħiħ tal-familja.
Fil-fatt, dawniċ-ċentri jagħtu preferenza lil: • tfal li minħabba f’ċirkostanzi familjari speċifiċi, jista’ jkollhom il-ħtieġa li jagħmlu xi ħin il-bogħod mid-dar tagħhom; • tfal li l-ġenituri tagħhom jenħtieġu respite; • tfal b’ġenitur wieħed li qiegħed jattendi l-family workshops offruti miċ-ċentru jew li daħal fid-dinja tax-xogħol; • tfal li qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet fl-iżvilupp, eż speech delay, u li għandhom il-ħtieġa ta’ aktar attenzjoni personali qabel ma jidħlu fil-kindergarten mainstream.
Għal dawn l-aħħarsnin, kien hemm tlett ċentri Smart Kids fil-Birgu, f’Birkirkara u fil- Qawra li għaddejjin b’din il-ħidma komunitarja qawwija fil-lokal tagħhom.
“Illum, bi pjacir,qed niftħu ċentru ieħor fis-Siġġiewi, iċ-Ċentru ID-DENFIL, li se jitħaddem fuq l-mudell ta’ Smartkids. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinfetħu wkoll uffiċjalment żewġ ċentri oħra f’ Bormla u Pembroke. Id-domanda għal dawn is-servizzi hija waħda nkoraġġanti ħafna u dan jawgura tajjeb għall-ħidma futura f’dan il-qasam.”
Il-Ministru Cristinafakkret ukoll li sentejn ilu, nfetħu 3 ċentri tal-Gvern, bi sħubija mal-privat, fil-Għargħur, f’Ħal-Luqa u f’Raħal Ġdid. Tnejn minn dawn iċ-ċentri nfetħu proprju fil-bini tal-iskejjel primarji tal-lokal. Fil-ħames snin li ġejjin, il-Gvern irid jiftaħ aktar ċentri f’Malta u f’Għawdex li joffru mhux biss ħarsien imma programm edukattiv li jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet tat-tfal iż-żgħar.
“Wegħda Elettoralital-Gvern hi li għandhom jiġu nkoraġġiti ċ-childcare centres u dan biex il-ġenituri jkomplu jiġu megħjuna jsibu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari tagħhom. Bħala Ministeru aħna impenjati li nikkontribwixxu bis-sħiħ fit-twettiq ta’ din il-wegħda, kif diġa bdejna nagħmlu.”
Il-Ministru Cristinakompliet tghid li “l-Gvern hu mpenjat li jiżgura li s-servizzi taċ-childcare ta’ kwalita’ jkunu aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd. Fil-budgets tat-tliet snin li għaddew tħabbru numru ta’ miżuri li kienu mmirati proprju biex jilħqu dan l-iskop. Nista’ nsemmi t-tnaqqis sa’ massimu ta’ €1,000 mid-dħul taxxabbli għall-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres reġistrati; il-miżura li l-ispejjeż relatati maċ-childcare li jsiru minn min iħaddem fir-rigward tal-impjegati tiegħu jiġu mnaqqsa mid-dħul taxxabbli ta’ dak l-employer u l-miżura li kull ħlas għal childcare li jsir minn min iħaddem lill-impjegati ma jibqax jiġi kkunsidrat bħala fringe benefit u għaldaqstant ma jkunx taxxabbli.”
Barra dawn il-miżuri,kienet ukoll iddaħħlet il-possibilta’ li childcare centre registrat jista’ japplika biex ikun meqjus bħala educational establishment mad-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni u allura dak is-servizz jkun VAT Exempt. Fil-budget tas-sena l-oħra ddaħħlet miżura oħra ta’ tnaqqis fit-taxxa lill-ġenituri li għandhom lil uliedhom jattendu kindergartens privati fejn ingħatalhom massimu ta’ €1,000 fis-sena. Din is-sena, din il-miżura se tkun estiża wkoll għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’childcare centres u kindergarten centres fis-sajf ukoll.
• Proġett ieħorrelatat mal-Kura tat-tfal qed jitwettaq dan is-sajf u hu mmirat biex jagħti għajnuna lill-faċilitajiet ta’ childcare privati bil-għan li tkompli titjieb il-kwalita’ tas-servizz offrut f’pajjiżna. Il-fondi għal dan il-proġett inkisbu mill-Unjoni Ewropea.
• Din l-iskemamaħsuba biex tassisti childcare centres eżistenti biex itejjbu l-premises tagħhom u t-tgħammir li jużaw fiċ-ċentri; tassisti lill-providers jekk ikollhom iċaqalqu l-premises għal post ieħor biex ikollhom faċilita’ aktar xierqa skond l-istandards kif stabbiliti; tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ aktar childcare centres. Din l-iskema hi amministrata mid-dipartment għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Dan kollu juri l-impennu l-isforzi li l-Gvern qed ipoġġi f’dan il-qasam tal-edukazzjoni bikrija, temmet tgħid il-Ministru Cristina.
Għall-ftuħ taċ-Ċentruattenda wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, l-Onor. Clyde Puli kif ukoll uffiċjali tal-Fondazzjoni għas-Serivzzi Edukattivi, uffiċjali edukattivi, ġenituri u mistiedna oħra. Iċ-Ċentru tbierek mill-Arċipriet tas-Siġġiewi, Dun Albert Buhagiar; filwaqt li l-Ministru Cristina irregalat pittura ta’ Luciano Micallef biex tinżamm fic-centru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow